Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-288/12)1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbliguDirettiva 95/46/KEProtezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ din id-dataArtikolu 28(1)Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanzaIndipendenzaLeġiżlazzjoni nazzjonali li tittermina qabel it-tmiem tal-mandat tal-awtorità ta’ sorveljanzaĦolqien ta’ awtorità ġdida ta’ sorveljanza u ħatra ta’ persuna oħra fil-kariga ta’ president)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u B. Martenczuk, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: I. Chatelier, A. Buchta, Z. Belényessy u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) - Obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont id-direttiva tiġi ssorveljata minn awtorità pubblika jew minn diversi awtoritajiet pubbliċi li jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom f’indipendenza sħiħa - Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittermina qabel it-tmiem tal-mandat ta’ sitt snin tal-Kummissarju għall-protezzjoni tad-data - Ħolqien ta’ Awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u tal-libertà tal-informazzjoni - Ħatra, għal mandat ta’ disa’ snin, ta’ persuna oħra li ma hijiex il-Kummissarju għall-protezzjoni tad-data fil-pożizzjoni ta’ President tal-imsemmija Awtorità

Dispożittiv

Billi tterminat b’mod antiċipat il-mandat tal-awtorità ta’ sorveljanza għall-protezzjoni tad-data personali, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1  ĠU C 227, 28.07.2012.