Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Marzu 2012 - European Goldfields vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/11) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi lill-impriża tal-minjieri Ellinikos Chrysos li jikkonsisti fit-trasferiment tal-ġestjoni tal-minjiera ta' Cassandra għal prezz inferjuri mill-valur reali fis-suq u fl-eżenzjoni mit-taxxi fuq it-tranżazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha, flimkien mal-interessi - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Goldfields Ltd (Whitehorse, Yukon, il-Kanada) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, E. Petritsi, E. Trova u P. Skouris, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta' Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos [Ch]rysos SA (ĠU L 193, p. 27).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

European Goldfields Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta' Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomixanias Chrysou.

____________

1 - ĠU C 219, 23.7.2011.