Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012 — European Goldfields vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-261/11)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi lill-impriża tal-minjieri Ellinikos Chrysos li jikkonsisti fit-trasferiment tal-ġestjoni tal-minjiera ta’ Cassandra għal prezz inferjuri mill-valur reali fis-suq u fl-eżenzjoni mit-taxxi fuq it-tranżazzjoni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha, flimkien mal-interessi — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, fit-tmiem tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Rikors tal-azzjonist prinċipali tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Sempliċi parteċipazzjoni fil-kapital ta’ impriża u assoċjazzjoni mal-proċedura ta’ investigazzjoni ta’ għajnuna insuffiċjenti sabiex fihom infushom jistabbilixxu dritt li wieħed jaġixxi — Asssenza ta’ periklu għas-solvenza preżenti jew futura — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 16, 17, 21, 24, 26-29)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos SA (ĠU L 193, p. 27).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

European Goldfields Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomixanias Chrysou.