Language of document : ECLI:EU:T:2013:61





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Frar 2013 — Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T‑263/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b)u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Produzzjoni ta’ prova ppreżentata l-ewwel darba fir-replika — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Trażmissjoni ta’ dokument lill-UASI permezz ta’ fax — Regoli applikabbli”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Produzzjoni tardiva ta’ prova — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 31, 35)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 48)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.