Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0572\tra-doc-mt-req_comm-t-0572-2015-201509163-02_00.doc

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Aldi vs UASI - Rouard (GOURMET)

(Kawża T-572/15)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GOURMET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 509 446Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoniDeċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1985/2013-4Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95;Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________