Language of document : ECLI:EU:T:2023:724

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Marzu 2010 - Eliza vs UASI - Went Computing Consultancy Group (eliza)

(Kawża T-130/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li fiha l-kelma eliza - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELISE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eliza Corporation (Beverly, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Köbbing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Went Computing Consultancy Group BV (Utrechtl, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Lulju 2008 (Każ R 1244/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Went Computing Consultancy Group BV u Eliza Corp.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eliza Corporation hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk inkorsi mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn Went Computing Consultancy Group BV.

____________

1 - ĠU C 153, 4.7.2009.