Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2016 – Monster Energy vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi)

(Kawża T-583/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta simbolu ta’ paċi - Rikors għal restitutio in integrum - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors quddiem il-Qorti Ġenerali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2788/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta simbolu ta’ paċi bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 414, 14.12.2015.