Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2013 – Now Wireless vs UASI - Starbucks (HK) (now)

(Kawża T-278/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Now Wireless Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Starbucks (HK) Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tordna li t-trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Numru 1421700 għandha tiġi rrevokata għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ użu;

tikkundanna l-proprjetarju rreġistrat għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għar-revoka: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “now” għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1 421 700

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009