Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2013 – GOLAM vs UASI - meta Fackler Arzneimittel (METABIOMAX)

(Kawża T-281/13)

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : meta Fackler Arzneimittel GmbH (Springe, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ dan ir-rikors u tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 2022/2011-2;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ fit-totalità tagħha l-applikazzjoni mressqa mill-applikant;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sofia Golam

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “METABIOMAX”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8885261

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: meta Fackler Arzneimittel GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “metabiarex” irreġistrata bin-Nru 857721, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizjoni annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009