Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI– meta Fackler Arzneimittel (METABIOMAX)

(Kawża T-281/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABIOMAX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti metabiarex – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: meta Fackler Arzneimittel GmbH (Springe, il-Ġermanja)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2022/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn meta Fackler Arzneimittel GmbH u S. Golam.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.S. Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.