Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Marquis Energy vs Il-Kunsill

(Kawża T-277/13) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti – Dazju antidumping definittiv – Rikors għal annullament – Interess dirett – Ammissibbiltà – Dazju antidumping fuq livell nazzjonali – Trattament individwali – Teħid ta’ kampjuni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marquis Energy LLC (Hennepin, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren, sussegwentement P. Vander Schueren u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. Byrne, solicitor u minn G. Berrisch, avukat, sussegwentement minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti); u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Marquis Energy LLC.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Marquis Energy.

Il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 226, 3.8.2013.