Language of document : ECLI:EU:T:2016:78





Ordni tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑279/13)

“Rikors għal annullament – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu – Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati – Bażi legali – Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni – Żball ta’ liġi – Żball ta' fatt – Dritt għall-proprjetà – Ħsara għar-reputazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi – Lis alibi pendens – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ lis alibi pendens – Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-motivi taż-żewġ rikorsi – Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat fit-tieni lok (ara l-punti 22, 28, 30)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Talbiet tar-rikors – Aġġustament fil-mori tal-kawża – Assimilazzjoni mat-tressiq ta’ kawża permezz ta’ rikors (ara l-punt 23)

3.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Kunċett – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Interess li għandu jibqa’ jeżisti sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 32)

4.                     Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma tittieħed deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 38)

5.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)) (ara l-punt 74)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 82, p. 54), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 “imġedded permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-22 ta’ Marzu 2013”, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.