Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Mejju 2010 - Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)

Suġġett

Essenzjalment, talba intiża sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tal-attività taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriżi (CDE) fil-Belġju, sabiex il-Kummissjoni u l-aġenti tagħha jiġu pprojbiti milli jkollhom relazzjonijiet finanzjarji maċ-CDE jew li jirrikonoxxu l-legalità taċ-CDE u sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma lir-rikorrent fil-każ li l-Kummissjoni tirrikonoxxi din il-legalità.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________