Language of document : ECLI:EU:T:2015:763





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 –
CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE)

(Kawża T‑365/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark preċedenti kkostitwita minn trade mark Komunitarja – Rifjut tar-reġistrazzjoni fil-preżenza ta’ raġuni rerlattiva għal rifjut stess limitat għal parti mill-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 36)

3.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punt 44)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva TRECOLORE – Trade marks verbali u figurattivi FRECCE TRICOLORI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48-70, 73-75)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ April 2014 (Każ R 411/2013-5, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.