Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Naturgy Energy Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/18) 1

(“Għajnuna mill-Istat – L- inċentiv ambjentali adottat minn Spanja għal impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam – Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Natura selettiva”))

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Naturgy Energy Group, SA, li kienet Gas Natural SDG, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u J. Blanco Carol, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: EDP España, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati), Viesgo Producción, SL, bħala aventi causa ta’ Viesgo Generación, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: F. Plasencia Sánchez, L. Ques Mena u L. de Pedro Martín, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7733 finali tas-27 ta’ Novembru 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47912 (2017/NN) – L-inċentiv ambjentali adottat minn Spanja għal impjanti tal-emnerġija li jaħdmu bil-faħam, li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Naturgy Energy Group, SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Viesgo Producción, SL u EDP España, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 268, 30.7.2018.