Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Brunswick Bowling Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/19) 1

(“Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-konsumaturi u tal-ħaddiema – Direttiva 2006/42/KE – Klawżola ta’ salvagwardja – Miżura nazzjonali ta’ rtirar mis-suq u projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari – Rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u ta’ sigurtà – Deċiżjoni tal Kummissjoni li tiddikjara l-miżura ġġustifikata – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Brunswick Bowling Products LLC, li kienet Brunswick Bowling & Billiards Corporation (Muskegon, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Martens u V. Ostrovskis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u P. Ondrůšek, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: H. Eklinder, R. Eriksson, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, M. Salborn Hodgson, H. Shev, J. Lundberg u O. Simonsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar miżura ta’ salvagwardja meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari li għandu jintuża flimkien ma’ dik it-tip ta’ magna pinsetter, immanifatturata minn Brunswick Bowling & Billiards, u biex tirtira dawk il-magni li diġà tqiegħdu fis-suq (ĠU 2018, L 315, p. 29).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Brunswick Bowling Products LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 155, 6.5.2019.