Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2021 – Homoki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-517/19) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rapport finali tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ investiment fid-dawl tat-toroq fl-Ungerija – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ attivitajiet ta’ spezzjonijiet, ta’ investigazzjoni u ta’ verifiki – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu – Protezzjoni tad-data personali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Andrea Homoki (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: T. Hüttl, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Béres u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-22 ta’ Mejju 2019 li tiċħad applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għal dokumenti b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) OCM(2019)11506 tat-22 ta’ Mejju 2019 hija annullata, sa fejn din irrifjutat l-aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar il-Fajl OF/2015/0034/B4, bit-tneħħija tal-eventwali data personali dwar ix-xhieda, tan-noti interni u tar-riferimenti għall-metodi tal-OLAF.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 328, 30.9.2019.