Language of document : ECLI:EU:T:2021:631


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad29 ta’ Settembru 2021 –
Kočner vs EUROPOL

(Kawża T528/20)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Perizja mwettqa minn Europol għall-finijiet ta’ proċedura kriminali nazzjonali – Allegat żvelar mhux awtorizzat ta’ data – Regolament (UE) 2016/794 – Artikolu 50(1) – Dannu morali – Rabta kawżali”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Elementi li jippermettu li jiġu identifikati l-aġir li bih hija akkużata l-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura reali u ċerta tad-dannu kkawżat

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d) u (f))

(ara l-punti 38, 49)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu

(Artikolu 340(2) TFUE)

(ara l-punti 61, 91, 110, 111)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Prova – Prova dokumentali – Valur probatorju – Evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(ara l-punti 79, 80)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Preambolu – Valur legali vinkolanti – Assenza

(ara l-punt 95)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba tal-ħlas ta’ danni li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-iżvelar ta’ data ta’ natura personali minn Europol u minħabba l-inklużjoni ta’ ismu minn Europol fuq il-“listi tal-mafja”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marián Kočner huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol).

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.