Language of document : ECLI:EU:T:2021:674


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat30 ta’ Settembru 2021 –
Mariani et vs IlParlament

(Kawża T124/21)

“Rikors għal annullament – Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 – Kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u effikaċja tal-investigazzjonijiet tal-OLAF – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Rikors imressaq mill-persuna fiżika jew ġuridika li hija d-destinatarja tal-att ikontestat – Kunċett ta’ persuna destinatarja – Persuna li ma ġietx indikata fl-att – Esklużjoni

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 14, 15)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 17, 19, 20)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Natura legali – Att leġiżlattiv – Kunċett – Regolament 2020/2223 – Inklużjoni

(Artikolu 325 TFUE)

(ara l-punt 21)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva – Inammissibbiltà tar-rikors fil-każ li waħda biss minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfatta

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 23)

5.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament 2020/2223 – Rikors ippreżentat minn Membri tal-Parlament Ewropew kontra parti ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effikaċja tal-investigazzjonijiet tal-OLAF – Assenza ta’ inċidenza individwali – Inammissabbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 325 TFUE)

(ara l-punti 25, 32)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2223 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (ĠU 2020, L 437, p. 49).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Thierry Mariani u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

4)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba għal intervent.