Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2012 - Ubee Interactive vs UASI - Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Ubee Interactive)

(Kawża T-407/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp (Jhubei City, Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta' Lulju 2012, fil-Każ R 1849/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Ubee Interactive", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7397326

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7130248 għat-trade mark verbali "QUBEE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42; it-trade mark Komunitarja Nru 7224603 għat-trade mark figurattiva "QUBEE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________