Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - Ubee Interactive vs UASI - Augere Holdings (Netherlands) (Ubee Interactive)

(Kawża T-407/12) 

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, it-Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Augere Holdings (Netherlands) (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Lulju 2012 (Każ R 1849/2011-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Augere Holdings (Netherlands) u Ubee Interactive Corp.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll kull wieħed minnhom għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 355, 17.11.2012