Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2013 - FH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-405/12) 

("Rikors għal annullament u għad-danni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira d-drittijiet ta' aċċess tar-rikorrent għall-bini tagħha - Rikors għal annullament - Assenza ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FH (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-10 ta' Lulju 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni tirtira d-drittijiet ta' aċċess tar-rikorrent għall-bini tagħha kif ukoll ir-rettifika tal-11 ta' Lulju 2012 u, min-naħa l-oħra, talba għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    FH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 331, 27.10.2012.