Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Settembru 2010 - Granuband vs UASI - Granuflex (GRANUflex)

(Kawża T-534/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva GRANUflex - Isem ta' kumpannija u isem kummerjċali preċedenti GRANUFLEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Granuband BV (Krommenie, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ellens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Settembru 2008 (Każ R 1277/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft u Granuband BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Granuband BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009.