Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Petrilli
"Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt awżiljarji - Kuntratt għal żmien determinat - Regoli dwar iż-żmien massimu ta' ingaġġ tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta t-tiġdid tal-kuntratt"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Appellata: Nicole Petrilli (Woluwé-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-L. Lodomez u J. Lodomez, sussegwentement minn D. Dejehet u A. Depondt, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Jannar 2009, Petrilli vs Il-Kummissjoni (F-98/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn N. Petrilli fil-kuntest ta' din l-istanza.
____________1 - ĠU C 153, 4.7.2009.