Language of document : ECLI:EU:T:2006:190

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

6 ta' Lulju 2006(*)

"Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Investigazzjoni ta' l-uffiċċju ta’ l-UE kontra l-frodi OLAF – Eurostat – Rifjut ta' aċċess– Attivitajiet ta' spezzjoni u investigazzjoni – Proċeduri ġudizzjarji − Drittijiet tad-difiża"

Fil-kawżi magħquda T-391/03 u T-70/04,

Yves Franchet u Daniel Byk, uffiċjali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, residenti fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu), irrappreżentati minn G. Vandersanden u L. Levi, Avukati,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrapreżentata minn D. Maidani, MJ.-F. Pasquier u P. Aalto, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet ta' l-uffiċċju ta’ l-UE kontra l-frodi OLAF u tal-Kummissjoni li jċaħdu lir-rikorrenti mill-aċċess għal ċerti dokumenti relattivi għal investigazzjoni li tirrigwarda l-Eurostat,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (It-Tielet Awla),

komposta minn M. Jaeger, President, V. Tiili u O. Czúcz, Imħallfin,

Reġistratur:  I. Natsinas, Amministratur,

wara li rat ir-rapport ta' l-Imħallef Relatur fil-15 ta' Settembru 2005,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Kuntest ġuridiku

1        Skond l-Artikolu 255 KE:

" 1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni u kull persuna naturali jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandha d-dritt li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Kummissjoni skond il-prinċipji u l-kundizzjonijiet li huma stabbiliti skond il-paragrafi 2 u 3.

2. Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li, għal raġuni ta' interess pubbliku jew privat, jirregolaw id-dritt ta’ l-aċċess għad-dokumenti stabbilit mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu mal-proċedura prevista fl-Artikolu 251, fis-sentejn ta’ wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam.

[…]"

2        Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), jiddefinixxi l-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti tad-dritt għall-aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet previst fl-Artikolu 255KE. Dan ir-Regolament huwa applikabbli wara t-3 ta' Diċembru 2001.

3        L-Artikolu 2(1) u (3) tar-Regolament Nru 1049/2001 jiddisponi:

" 1. Kull ċittadin ta' l-Unjoni u kull persuna naturali jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru għandha d-dritt li jkollha aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, skond il-prinċipji, kundizzjonijiet u limiti definiti fir-Regolament preżenti.

[…]

3. Ir-Regolament preżenti japplika għall-kull dokument li għandha istituzzjoni, jiġifieri stabbilit minnha jew irċevut minnha u fil-pussessjoni tagħha, fl-oqsma kollha ta' l-attività ta' l-Unjoni Ewropea."

4        Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess isemmi:

"[…]

2. L-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jkun ta' detriment għall-protezzjoni ta':

[…]

–      il-proċeduri ġudizzjarji u l-avviżi legali,

–      l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, ta' stħarriġ u tal-verifika,

sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument imsemmi.

[…]

6.. Jekk parti biss mid-dokument mitlub huwa kkonċernat b'waħda jew iktar eċċezzjonijiet imsemmija, il-partijiet l-oħra tad-dokument huma żvelati.

[…]"

5        L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, jipprevedi li "[…l-] applikant mhuwiex obbligat li jiġġustifika t-talba tiegħu."

6        Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 :

" It-talbiet konfermattivi għandhom jiġi ttrattati minnufih. Fi żmien ħmistax-il ġurnata li japplikaw mid-data tar-reġistrazzjoni tat-talba, l-istituzzjoni għandha tagħti aċċess għad-dokument mitlub u tipprovdi fl-istess żmien skond l-Artikolu 10, komunikazzjoni, permezz ta' risposta bil-miktub, tar-raġunijiet għaċ-ċaħda [rifjut] totali jew parzjali tagħha. Jekk hija tirrifjuta b'mod totali jew parzjali l-aċċess, l-istituzzjoni tinforma l-applikant bil-mezzi ta' appell li jista' jiddisponi minnhom jiġifieri l-formazzjoni ta' rikors ġudizzjarju kontra l-istituzzjoni u/jew il-preżentazzjoni ta' lment lill-Ombudsman, skond il-kundizzjonijiet previsti rispettivament fl-Artikoli 230 u 195 tat-Trattat KE."

7        Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/93KE KEFA, Euratom, tal-5 ta' Diċembru 2001, li temenda r-regoli tal-proċedura (ĠU L 345, p. 94) li ħassret id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/90/KEFA, KE, Euratom tal-Kummissjoni tat-8 ta' Frar 1994, rigward l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 46, p. 58), li tassikura l-implementazzjoni fejn għandha x'taqsam il-Kummissjoni, ta' kodiċi ta' kondotta rigward l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 1993, L 340, p. 41), iktar 'il quddiem il-"kodiċi ta' kondotta" ), approvat mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-6 ta' Diċembru 1993.

8        L-Artikolu 3 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/937 jipprovdi:

"Trattament ta’ applikazzjonijiet inizjali 

[…]

L-applikant għandu jiġi nfurmat bit-tweġiba għall-applikazzjoni tiegħu jew mid-Direttorat Ġenerali jew mill-kap tad-dipartiment konċernat, jew minn Direttur inkarigat għal dan il-għan mis-Segretarjat Ġenerali jew minn Direttur inkarigat fl-OLAF fejn l-applikazzjoni tikkonċerna dokumenti li jikkonċernaw attivitajiet ta’ l-OLAF imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, ECSC, Euratom li jistabbilixxi l-OLAF, jew minn membru ta’ l-uffiċċju li jkunu nkarigaw għal dan il-għan.

Kull tweġiba wkoll jekk tkun parzjalment negattiva għandha tinforma lill-applikant bid-drittijiet tiegħu li jibgħat, fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol minn mindu jirċievi t-tweġiba, applikazzjoni konfermatorja lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni jew lid-Direttur ta’ l-OLAF fejn l-applikazzjoni konfermatorja tikkonċerna dokumenti li jikkonċernaw attivitajiet ta’ l-OLAF imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni 1999/352/EC, ECSC, Euratom.".

9        Barra minn hekk, fejn jikkonċerna t-talbiet konfermattivi, l-Artikolu 4 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/937 jiddisponi :

" Skond l-Artikolu 14 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni, is-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet konfermatorji hija delegata lis-Segretarjat Ġenerali. Madankollu, fejn l-applikazzjoni konfermatorja tikkonċerna dokumenti li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ l-OLAF imsemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni 1999/352/EC, ECSC, Euratom, is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet hija delegata lid-Direttur ta’ l-OLAF.

Id-Direttorat Ġenerali jew dipartiment għandu jassisti lis-Segretarjat Ġenerali fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni għandha tittieħed mis-Segretarjat Ġenerali jew mid-Direttur ta’ l-OLAF wara ftehim mas-Servizz Legali.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-applikant bil-miktub, fejn xieraq b’mezzi elettroniċi, u tinfurmah bid-dritt tiegħu li jiftaħ kawża duddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza jew li jiddeposita lment ma’ l-Ombudsman Ewropew.".

10      Skond l-Artikolu 8(2), tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU 1999 L 136, p. 1)(OJ 1999 L 136, p. 1):

" Il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ l-informazzjoni 

[…]

2. L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet interni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun suġġetta għas-segretezza professjonali mogħtija mid-disposizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej.

Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi komunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jew fl-Istati Membri li minħabba l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkunu jafu, u l-anqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħrajn apparti mill-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni jew kull attività oħra illegali."

11      L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1073/1999 jiddisponi:

" Ir-rapport ta’ l-investigazzjoni u l-azzjoni meħuda wara l-investigazzjonijiet

1. Malli titlesta investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju, dan ta’ l-aħħar għandu jħejji rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur, li jispeċifika l-fatti stabbiliti, it-telf finanzjarju, jekk ikun hemm, u s-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur ta’ l-Uffiċċju dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

2. Meta jiġu mħejjija dawn ir-rapporti, għandhom jiġu meqjusa r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru involut Ir-rapporti ppreparati fuq dik il-bażi għandhom jikkostitwixxu prova ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ, bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli ta’ valutazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi mħejjija minn spetturi amministrattivi nazzjonali u huma ta’ valur identiku għal dawk ir-rapporti.

3. Rapporti magħmula wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat li jkun utli għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli ta’ l-Istati Membri in kwistjoni skond ir-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ investigazzjonijiet esterni.

4. Rapporti mħejjija wara investigazzjoni interna u kull dokument relatat li jkun utli għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija involuti. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jieħdu dik l-azzjoni, partikolarment dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet interni, skond ir-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet, u għandha tirraporta dwarha lid-Direttur ta’ l-Uffiċċju fit-terminu ta’ żmien minnu stipulat fis-sejbiet tar-rapport tiegħu."

12      Skond l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1073/1999:

" Informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju [OLAF]

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir-Regolament u għad-disposizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-OLAF jista’ f’kull ħin jibgħat lill-awtoritajiet responsabbli għall-Istati Membri interessati l-informazzjoni miksuba waqt investigazzjonijiet esterni.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8, 9 u 11 ta’ dan ir-Regolament, id-Direttur ta’ l-OLAF għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru nvolut l-informazzjoni miksuba mill-OLAF waqt investigazzjonijiet interni fi kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal proċeduri kriminali. Bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ l-investigazzjoni, huwa għandu fl-istess ħin jinforma lill-Istat Membru nvolut.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-Regolament, l-OLAF jista’ f’kull ħin jibgħat lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija involuti l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjonijiet interni."

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

13      Ir-rikorrenti, Yves Franchet u Daniel Byk huma, rispettivament, l-ex Direttur Ġenerali u l-ex Direttur ta' l-Eurostat (l-Uffiċcju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej).

14      Bosta verifiki interni ta' l-eurostat urew numru ta' irregolaritajiet fit-tmexxija finanzjaraja. Bħala konsegwenza, l-OLAF fetħet bosta investigazzjonijiet dwar, b'mod partikolari, il-kuntratti konklużi mill-Eurostat mal-kumpanniji Eurocost, Eurogramme u Datashop-Planistat u s-sussidji mogħtija lilhom.

15      Fl-4 ta' Lulju 2002, l-Olaf ikkomunikat lill-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1073/1999, inkartament dwar l-investigazzjoni interna li tirrigwarda l-Eurocost, li kien involut fiha Y. Franchet, kif ukoll inkartament ieħor dwar l-investigazzjoni esterna ta' l-Eurogramme. Fid-19 ta' Marzu 2003, l-OLAF reġgħet ikkomunikat lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi inkartament li jirrigwarda l-każ Datashop-Planistat li fih iż-żewġ rikorrenti kienu involuti.

16      Fil-21 ta' Mejju 2003, ir-rikorrenti bidlu t-talba tagħhom.

17      Fil-11 ta' Ġunju 2003, il-Kummissjoni inkarigat lid-dipartiment ta' verifika interna (SVI) sabiex jiġu eżaminati l-kuntratti konklużi u s-sussidji mogħtija mill-Eurostat fil-kuntest tal-monitoraġġ tal-proċedura ta’ kwittanza. Is-SVI ħarġet tliet rapporti, l-ewwel wieħed fis-7 ta' Lulju, it-tieni fl-24 ta' Settembru, u t-tielet (iktar il'quddiem ir-"rapport finali tas-SVI") fit-22 ta' Ottubru 2003.

18      Fid-9 ta' Lulju 2003, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri dixxiplinari kontra r-rikorrenti. Din il-proċedura ġiet sospiża immedjatament minħabba l-fatt li l-investigazzjoni ta' l-OLAF kienet għada pendenti. Il-Kummissjoni waqqfet ukoll unità multidixxiplinari.

19      B'talba tal-25 ta' Lulju 2003, ir-rikorrenti talbu, filwaqt li invokaw prinċipju ġenerali ta' trasparenza u dritt fundamentali ta' l-aċċess għad-dokumenti kif stabbiliti mill-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea pproklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nizza (ĠU C 364, p. 1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 u d-Deċiżjoni 2001/937, l-aċċess għad-dokumenti li ġejjin:

" –       il-komunikazzjoni jew komunikazzjonijiet mibgħuta mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi għall-inkartament ta' l-eurocost u l-Eurogramme flimkien ma' l-annessi tagħhom, u lista ta' dawn l-annessi;

–        l-ittri mibgħuta mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi fl-inkartament Datashop-Planistat flimkien ma l-annessi tagħhom, u lista ta' dawn l-annessi. Hija msemmija b'mod partikolari ittra x'aktarx tad-19 ta' Marzu 2003 (Nru 003441) bir-[...] referenza CMS Nru IO/2002/510-Eurostat/Datashop/Planistat;

–        il-komunikazzjoni magħmula mill-OLAF lill-Kummissjoni msemmija b'referenza fil-komunikat ta’ l-istampa tad-19 ta' Marzu 2003 (IP/03/[709]) ;

–        il-komunikazzjonijiet kollha li l-OLAF bagħtet lill-Kumissjoni".

20      L-aċċess ġie rrifjutat b'ittra ta' l-OLAF tal-18 ta' Awwissu 2003 (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003"). F'din l-ittra :

"[…]

L-eċċezzjonijiet applikabbli għad-dokumenti li tlabtu fl-ewwel u fit-tieni talbiet huma dawk għall-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika. L-ittri mitluba f'dawn iż-żewġ talbiet huma parti essenzjali mill-inkartament li l-OLAF bagħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' l-Istati membri għall-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali, u jirrigwardaw suġġetti li għadhom taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, huma protetti bl-eċċezzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq.

F'dak li jikkonċerna t-tielet talba, il-komunikazzjoni li għaliha ntalab l-aċċess kienet ġiet magħmula mill-OLAF lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 10(2) tar-Regolament [Nru] 1073/1999 tal-25 ta' Mejju li jippermetti lill-OLAF, fil-kuntest ta' missjoni ta' investigazzjoni, li jinforma l-istituzzjoni. Peress li dan huwa dokument indirizzat mill-OLAF fil-kuntest ta' investigazzjoni tiegħu, dan huwa kopert mill-eċċezzjoni għall-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika.

F'dak li jirrigwarda r-raba' talba, din hija nieqsa minn preċiżjoni. Sfortunatament aħna m'aħniex fil-pożizzjoni li nidentifikaw id-dokument jew id-dokumenti in kwistjoni. Għalhekk, napprezza jekk tistgħu tipprovdu informazzjoni supplementari b'mod li tiġi ppreċiżata t-talba inizjali tagħkom. […]"

21      Fit-8 ta' Settembru 2003, ir-rikorrenti ressqu applikazzjoni konfermatorja.

22      L-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti ġiet miċħuda bl-ittra ta' l-1 ta' Ottubru 2003 ta' l-OLAF (iktar 'il quddiem "l-ewwel deċiżjoni kkontestata"). Fiha ġie espost:

"[…]  

Wara eżami fil-fond tat-talba tagħkom u tar-risposta inizjali li rċevejtu mingħand l-OLAF, jien nikkonferma bil-preżenti li l-OLAF ma jistax f'dan l-istadju jikkomunikalkom id-dokumenti mitluba.

1. Intom qed titolbu li d-dokumenti identifikati fl-ewwel u t-tieni talba saru, b'mod irregolari, pubbliċi. Fil-fatt dawn id-dokumenti qatt ma saru pubbliċi legalment.

Intom issostnu li Y. Franchet u D. Byk huma direttament involuti f'dawn il-kawżi u għalhekk għandhom interess l-ewwel nett li jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti. Irid ikun hemm distinzjoni bejn id-dritt ta' aċċess għall-pubbliku skond ir-Regolament [Nru] 1049/2001 u d-dritt ta' aċċess għal inkartament minn persuna kkonċernata. L-ewwel dritt huwa dritt iggarantit lil kull persuna fisika jew legali fuq kull dokument miżmum minn istituzzjoni. Dan ir-Regolament ma jeħtieġx li r-rikorrenti jipprovdu provi ta' interess sabiex jirċievu awtorizzazzjoni għall-aċċess għad-dokumenti. L-aċċess għad-dokumenti għandu jiġi mogħti, ħlief fil-każ meta dawn huma koperti b'waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fl-[Artikolu] 4 tar-Regolament. Fil-każ preżenti, l-OLAF huwa ta' l-opinjoni li għar-raġunijiet imsemmija iktar 'il fuq, ebda dokument li fir-rigward tagħhom saret it-talba ta' aċċess tagħkom ma jistgħu jiġu żvelati skond ir-Regolament [Nru] 1049/2001.

Minn naħa l-oħra, persuna kkonċernata minn proċeduri ġudizzjarji nazzjonali u/jew dixxiplinari Komunitarji għandu d-dritt ta' aċċess għall-inkartament li jikkonċernaha skond il-leġiżlazzjoni approprjata.

Safejn l-investigazzjonijiet ġudizzjarji għadhom pendenti fi Franza u fil-Lussemburgu, l-aċċess għall-inkartamenti huwa rregolat mir-regoli ta' proċedura li japplikaw fiż-żewġ pajjiżi. Intom għandkom il-possibbiltà li tirrikorru għand l-awtoritajiet Franċiżi u/jew Lussemburgiżi kompetenti bil-għan li titolbu d-dritt għall-aċċess għall-inkartament li ġie ttrasferit lilhom. Id-deċiżjoni hija tagħhom, u l-OLAF mhuwiex ser joġġezzjona għad-deċiżjoni tagħhom.

Intom tallegaw li jeżisti interess pubbliku superjuri għad-disponibbiltà tad-dokumenti għal D. Byk u Y. Franchet tad-dokumenti mitluba fl-ewwel u t-tieni talbiet. Madankollu, aħna nikkunsidraw id-drittijiet ta' difiża ta' Franchet u Byk bħala interessi privati iktar mill-interessi pubbliċi superjuri. Bħalma hu miktub hawn fuq, huma għandhom l-aċċess għall-inkartament sħiħ fiż-żmien stipulat fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinarji jew ġudizzjarji eventwali.

2. Intom tallegaw li mhuwiex eżatt li jiġi sostnut li d-dokumenti kollha indirizzati mill-OLAF fil-kuntest ta' investigazzjoni huma ipso facto koperti mill-eċċezzjoni għall-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika previsti mill-[Artikolu] 4 tar-Regolament. Madankollu, l-OLAF ma jsostnix dan.

Bil-kontra, aħna invokajna din l-eċċezzjoni fir-rigward tad-dokumenti speċifiċi li intom tlabtu, iktar preċiżament: l-ittri indirizzati lill-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi kif ukoll lill-Kummissjoni. Dawn l-ittri lill-awtoritajiet nazzjonali kien fihom sommarju tar-riżultati ta' l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF. Jekk l-OLAF iqiegħed għad-dispożizzjoni dawn l-ittri, ikun ta' ħsara għall-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali sa fejn dawn huma parti integrali ta' l-inkartament ġudizzjarju u ma jistgħux jiġu kkomunikati minnhu qabel ma l-proċeduri nazzjonali jipprovdu dan.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fiha wkoll sommarju tar-riżultati ta' l-investigazzjoni li l-OLAF qies importanti sabiex ikun jista' jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu. Bħala konsegwenza, ir-raġunijiet għalfejn l-OLAF ċaħdet l-iżvelar tad-dokumenti huma speċifici għad-dokumenti mitluba u mhux argument ġenerali bħalma ssuġġerejtu intom.

3. F'dak li jirrigwarda r-raba' talba, aħna identifikajna 35 komunikazzjoni ta' l-OLAF lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, dwar l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-Eurostat, mibgħuta bejn it-23 ta' Settemrbu u l-25 ta' Settembru 2003. Kull waħda minn dawn il-komunikazzjonijiet fihom riżultati ta' investigazzjoni li l-iżvelar tagħhom ikun ta' ħsara għall-proċeduri ġudizzjarji pendenti fi Franza u fil-Lussemburgu. Huma bħala konsegwenza koperti mill-eċċezzjoni relattiva għall-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika kif ukoll għall-eċċezzjoni relattiva għall-proċeduri ġudizzjarji.

[…]".

23      Ir-rapport finali dwar il-Eurogramme ġie konkluż f'Ġunju 2002.

24      Fil-25 ta' Settembru 2003, l-OLAF ikkonkluda r-rapporti ta' l-investigazzjoni finali, taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament 2003, fil-kawżi Eurocost u Datashop-Planistat. Fl-10 ta' Ottubru 2003, ir-rikorrenti rċevew kopja ta' dan ir-rapport. Fl-istess ġurnata, huma rċevew ukoll kopja tar-rapport interim tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003, iżda mingħajr l-annessi.

25      B'ittra tal-21 ta' Ottubru, ir-rikorrenti ppreżentaw talba għal aċċess ġdida għal dokumenti differenti, b'mod partikolari r-rapport finali tas-SVI. Fid-29 ta' Ottubru 2003, huma għamlu talba komplementari għall-annessi tar-rapport tas-SVI tas' 7 ta' Lulju 2003, liema rapport ġie kkomunikat lilhom b'ittra ta' l-10 ta' Ottubru 2003.

26      Dawn it-talbiet ma rċevewx risposta u r-rikorrenti ppreżentaw talba konfermattiva fit-2 ta' Diċembru 2003.

27      Din it-talba konfermattiva ġiet miċħuda b'deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2003 (iktar il'quddiem it-"tieni deċiżjoni kkontestata"). Ir-rifjut ġie motivat b'dan il-mod :

"[…]

JiddispjaċiniJiddispjaċini nikkonfermalkom li dawn id-dokument ma jistgħux jiġu kkomunikati lilkom. L-iżvelar tagħhom ikollu effett ta' ħsara fuq l-għan ta' din l-investigazzjoni fis-sens li jfixkel l-implementazzjoni ta' l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jaslu għal konklużjoni xierqa. Għaldaqstant, skond id-dispożizzjonijiet tat-tielet inċiż ta' -Artikolu 4(2) tar-Regolament […] Nru 1049/2001, għandu jiġi rrifjutat l-aċċess għal dawn id-dokumenti. Fid-dawl tas-sensittività tal-qasam ikkonċernat u ta' l-istruttura tad-dokumenti, aċċess parzjali kif previst fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament iċċitat iktar 'il fuq jidher li huwa impossibbli. Għaldaqstant, jien ma niddisponi minn ebda element li jippermettini li nikkonkludi li, f'dan il-każ preċiż, l-interess pubbliku u l-iżvelar ta' l-informazzjoni li fihom id-dokumenti mitluba jipprevali fuq in-neċessità li jiġi protett l-għan ta' l-investigazzjoni.

[…]"

 Proċedura

28      B'att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-27 ta' Novembru 2003, ir-rikorrenti ressqu r-rikors T-391/03 kontra d-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003 kif ukoll kontra l-ewwel deċiżjoni kkontestata.

29      B'att separat li tressaq fl-istess ġurnata, huma talbu li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors permezz ta’ proċedura mħaffa kif previst mill-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

30      Ir-Raba' Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li lilha kienet ġiet assenjata l-kawża f'dak iż-żmien, ċaħdet it-talba għall-proċedura mħaffa bid-Deċiżjoni tas-17 ta' Diċembru 2003, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-22 ta' Diċembru 2003.

31      B' att ippreżentat lir-reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Frar 2004, ir-rikorrenti ressqu r-rikors T-70/04 kontra d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tagħhom għall-aċċess għal dokumenti diferrenti ppreżentata bejn il-21 u d-29 ta' Ottubru 2003, kif ukoll kontra t-tieni deċiżjoni kkontestata.

32      Peress li l-kompożizzjoni ta' l-Awli tal-Qorti tal-Prim'Istanza nbidlet mis-sena ġudizzjarja l-ġdida, li bdiet fl-1 ta' Ottubru 2002, l-Imħallef Relatur ġie maħtur għat-tieni Awla, u din il-kawża, konsegwentement, ġiet assenjata lilha.

33      B'digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Lulju 2003, il-kawżi T-391/03 u T-70/04 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza, skond l-Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura.

34      Fuq rapport ta' l-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Prim'Istanza, (it-tielet Awla), ddeċidiet li tibda l-proċedura orali, u fil-kuntest ta' miżuri ta' l-organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet bil-miktub xi domandi lir-rikorrenti u lill-Kummissjoni. Il-partijiet issodisfaw din it-talba fiż-żmien stipulat.

35      Instemgħet id-difiża orali tal-partijiet kif ukoll ir-risposti tagħhom għal mistoqsijiet orali li ġew magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-seduta tat-15 ta' Settembru 2005.

36      B'Digriet tas-26 ta' Settembru 2005, skond l-Artikolu 65(b), l-Artikolu 66(1) u t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim'Istanza ordnat lill-konvenuta tipproduċi d-dokumenti kontenzjużi, filwaqt illi pprovdiet li d-dokumenti ma kienux se jiġu kkomunikati lir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura preżenti. Hija ssodisfat din it-talba.

37      Il-proċedura orali ngħalqet bid-Deċiżjoni tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Novembru 2005.

 It-talbiet tal-partijiet

38      Fil-kuntest tar-rikors T-391/03, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Prim' Istanza jogħġobha:

–        tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003 kif ukoll l-ewwel deċiżjoni kkontestata;

–        tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

39      Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha: 

–        tiddikjara t-talbiet fir-rikors inammissibbli in kwantu huma intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003;

–        tiċħad it-talbiet għall-annullament ta' l-ewwel Deċiżjoni kkontestata bħala infondati;

–        – tordna r-rikorrenti jbatu l-ispejjeż.

40      Fil-kuntest tar-rikors T-70/04, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Prim' Istanza jogħġobha:

–        tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talbiet għall-aċċess għal documenti differenti mressqa fil-21 u fid-29 ta' Ottubru 2003, kif ukoll it-tieni deċiżjoni kkontestata;

–        tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

41      Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara t-talbiet fir-rikors inammissibbli in kwantu huma intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni impliċita ta' rifjut;

–        tiċħad it-talbiet għall-annullament tat-tieni Deċiżjoni kkontestata bħala infondati;

–        tordna li r-rikorrenti jbatu l-ispejjeż.

 Fid-dritt

 Dwar l-ammissibbiltà

 L-argumenti tal-partijiet

42      Fil-kuntest tar-rikors T-391/03, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003 mhijiex att definittiv u għaldaqstant ma tistax tkun is-suġġett ta' rikors għal annullament.

43      Fir-rigward tar-rikors T-70/04, il-Kummissjoni ssostni li r-rikors kontra d-Deċiżjoni impliċita ta' rifjut tat-talbiet tal-21 u tad-29 ta' Ottubru huwa inamissibbli minħabba li mhijiex att definittiv.

44      Ir-riOIIr-rikorrenIr-rikorrenti jsostnu li, fil-każ tal-proċedura prekontenzjuża tas-servizz pubbliku, jista' jiġi kkunsidrat li r-raġunament ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata jikkompleta r-raġunament tad-deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003 u li din ta' l-aħħar tikkonsisti fl-att ikkontestat.. L-istess argument japplika għad-Deċiżjoni impliċita tar-rifjut tat-talbiet tal-21 u tad-29 ta' Ottubru 2003.

45      Madankollu, meta mistoqsija dwar din il-kwistjoni mill-Qorti tal-Prim'Istanza waqt is-seduta, ir-rikorrenti rrimettew ruħhom għall-ġudizzju għaref tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim' Istanza

46      SSkond ġurisprudenza kostanti, huma biss il-miżuri li jipproduċu effetti ġuridiċi obbligatorji li huma tan-natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jbiddlu l-pożizzjoni ġuridika tiegħu b'mod ċar, li jikkostitwixxu atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament skond l-Artikolu 230 KE. Deċiżjonijiet li l-elaborazzjoni tagħhom titwettaq f'fażijiet differenti, b'mod partikolari matul proċedura interna, ma jikkonsistux, bħala prinċipju, atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta' rikors għall-annullament tal-miżuri li jistabbilixxu b'mod definittiv il-pożizzjoni ta' l-istituzzjoni matul din il-proċedura, bl-esklużjoni tal-miżuri provviżorji li l-għan tagħhom huwa l-preparazzjoni tad-deċiżjoni finali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 1981, IBM vs Il-Kummissjoni, 60/81, Ġabra p. 2639, punt 10, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 1996, AITEC vs Il-Kummissjoni, T-227/94, Ġabra p. II-351, punt 51).

47      Jirriżulta b'mod ċar mill-applikazzjoni konġunta ta' l-Artikoli 3 u 4 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/937 kif ukoll mill-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 li r-risposta għat-talba inizjali m'hi xejn ħlief teħid ta' pożizzjoni inizjali li tikkonferixxi fuq ir-rikorrenti l-possibbiltà li jitolbu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni jew lid-direttur ta' l-OLAF sabiex jirrieżaminaw il-pożizzjoni in kwistjoni.

48      bħala konsegwenza, Bħala konsegwenza, il-miżura adottata mis-Segretarju Ġenerali jew mid-Direttur ta' l-OLAF biss, li għandha n-natura ta' deċiżjoni u tissostiwixxi b'mod integrali t-teħid ta' pożizzjoni preċedenti, tista' tipproduċi effetti legali ta' natura li jistgħu jaffettwaw l-interess tar-rikorrenti u, minħabba f'hekk, tkun is-suġġett ta' rikors għal annullament skond l-Artikolu 230 KE (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ottubru 2003, C0-Frutta vs Il-Kummissjoni, T-47/01, Ġabra p. II-4441, punt 31).

49      Għaldaqstant, huma inammissibli r-rikors li jirrigwarda d-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003, u r-rikors T-70/04 li jirrigwarda d-Deċiżjoni impliċita ta' rifjut tat-talbiet tar-rikorrenti tal-21 u 29 ta' Ottubru 2003.

 Fuq il-mertu

 L-Argumenti tal-partijiet

50      Sabiex issostnuSabieIn sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jqajmu motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur ta' l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-ksur tad-"dritt fundamentali għall-aċċess għad-dokumenti", ta' żball manifest ta' evalwazzjoni, ta' ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif ukoll tan-natura żbaljata u kontradittorja tal-motivazzjoni tad-Deċiżjonijiet ikkontestati.

51      Huma jsosstnu liHuma jsostnu li l-OLAF ta portata wiesgħa għall-eċċezzjonijiet tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, li huma intiżi għall-protezzjoni tal-proċedura ġudizzjarja u dik ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika. Huma jfakkru li l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti għandhom jiġu interpretati b'mod ristrett, b'mod li l-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali li jagħti lill-pubbliku l-ikbar aċċess possibili għad-dokumenti ma jiġix imfixkel.

52      Ir-rikorrenti jqisu li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni twassal għal sitwazzjoni li fiha d-dokumenti rilevanti għall-attivitajiet ta' l-OLAF jiġu, minħabba n-natura tagħhom, esklużi mid-dritt għall-aċċess. Issa, tali approċċ jikser l-interpretazzjoni restrittiva li għandha tiġi rriżervata għall-eċċezzjonijiet, speċjalment meta tkun eċċezzjoni għal dritt fondamentali.

53      F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni żbaljat li tqis li l-OLAF jibbenefika minn sistema partikolari, jiġifieri deroga mir-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti. Tali deroga mhijiex fondata la fir-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas fir-regoli sostantivi ta' l-OLAF. Ir-rikorrenti jqisu li la l-ħtieġa ta' kunfidenzjalità ta' l-investigazzjonijiet u lanqas l-indipendenza ta' l-OLAF jista' jkollu bħala konsegwenza li t-talbiet kollha għall-aċċess għad-dokumenti jiġu rrifjutati.

54      F'dak li jikkonċerna l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal- proċeduri tal-qorti, ir-rikorrenti jqisu, filwaqt li jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Diċembru 1999, Interporc vs Il-Kummisjoni (T-92/98. Ġabra p. II-3521, iktar 'il quddiem is-"sentenza Interporc II"), li din l-eċċezzjoni mhijiex applikabbli fil-kawża preżenti. Fil-fatt, din l-eċċezzjoni tirrigwarda biss dokumenti li huma stabbiliti fil-kuntest ta' kawża legali li għadha pendenti. Issa, il-komunikazzjonijiet ta' l-OLAF kellhom l-għan uniku li jinfurmaw lill-awtoritarjiet ġudizzjarji jew l-istituzzjonijiet dwar atti li setgħu jwasslu għal proċedimenti kriminali jew dixxiplinari. Barra minn hekk, dan seħħ barra mill-kawża legali pendenti. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti jfakkru li l-OLAF huwa dipartiment amministrattiv tal-Kunsill li jistabbilixxi inkartamenti amministrattivi u jistabbilixxi rapporti amministrattivi. Huma l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet nazzjonali li jagħtu segwitu lill-investigazzjonijiet, b'mod partikolari dixxiplinari u legali, li r-riżultati tagħhom ikunu jeħtieġu.

55      Ir-rikorrenti jsostnu li l-OLAF ma jistax jeħles iktar mill-obbligi tal-leġiżlazzjoni dwar id-dritt għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti meta l-aċċess għal dawn id-dokumenti għandu jiġi evalwat skond ir-regoli nazzjonali jew skond dawk li jirrigwardaw il-proċedura dixxiplinari.

56      F'dak li jikkonċerna d-dokumenti kkomunikati mill-OLAF lill-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi, ir-rikorrenti jqisu wkoll li l-OLAF għamel, għal żewġ raġunijiet, żball manifest ta' evalwazzjoni billi ma għarafx l-obbligu ta' konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali sabiex isir jaf jekk huma joġġezzjonawx għall-iżvelar tad-dokumenti in kwistjoni. Billi jibbażaw ruħhom fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Jannar 2000, Olanda u van der Wal vs Il-Kummissjoni (C-174/98 P u C-189/98 P, Ġabra p. I-1. iktar 'il quddiem is-"sentenza van der Wal"), huma jqisu li l-Kummissjoni kellha tistaqsi lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali li quddiemhom tkun ressqet sabiex tevalwa mhux biss jekk tali żvelar ikunx ta' ħsara iżda wkoll jekk jikkonstitwixxix ksur tad-dritt nazzjonali.

57      F'dak li jirrigwarda d-dokumenti kkomunikati mill-OLAF lill-Kummissjoni, ir-rikorrenti jqisu li r-rifjut għall-aċċess għal dawn id-dokumenti mhuwiex iġġustifikat. Huma josservaw li l-OLAF m'għandux jevalwa l-interessi tal-Kummissjoni u l-livell tagħhom ta' protezzjoni eventwali, iżda biss isaqsi lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward, kif indikat fis-sentenza van der Wal.

58      F'dak li jikkonċerna l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika, ir-rikorrenti jikkontestaw jekk din l-eċċezzjoni kinitx applikabbli fil-każ in kwistjoni, peress li l-Kummissjoni ma ressqet ebda element bħala tali sabiex tiġġustifika r-rifjut ta' żvelar.

59      Ir-rikorrenti jqisu li l-OLAF kellu jindika r-raġunijiet speċifiċi li minħabba fihom l-eċċezzjonijiet kienu applikabbli fil-każ in kwistjoni u jeżamina, għal kull dokument mitlub, jekk il-kontenut tiegħu jipprekludix l-iżvelar tiegħu. Ir-rikorrenti jsostnu li skond il-ġurisprudenza, l-eċċezzjonijiet mhumiex applikabbli, anki jekk id-dokument fih informazzjoni dwar l-investigazzjoni, jekk l-iżvelar tiegħu ma jkunx ta' ħsara għal dan ta' l-aħħar. Issa, l-OLAF ma għamilx eżami għal kull dokument miktub dwar jekk il-kontenut tiegħu jipprekludix l-iżvelar tiegħu, iżda ġġustifika r-rifjut għall-aċċess b'mod ġenerali. Għaldaqstant, ma kellux iċ-ċertezza li kien għad hemm investigazzjonijiet pendenti.

60      Ir-rikorrenti jsostnu li l-OLAF ma vverifikax, bi ksur tar-rekwiżiti tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jekk żvelar parzjali tad-dokumenti kienx possibbli. Huma jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Jannar 2004, Mattila vs Il-Kunsill u L-Kummissjoni (C-353/01 P, Ġabra p. I-1073), u jqisu li d-deċiżjoni tar-rifjut għall aċċess għad-dokumenti għandha tiġi annullata jekk il-Kummissjoni ma eżaminatx il-possibbiltà ta' aċċess parzjali għad-dokumenti.

61      Ir-rikorrenti jaffermaw ukoll li l-motivazzjoni tad-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003 u ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata huma kontradittorji. Fir-rigward tad-dokumenti kkomunikati mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji Lussemburgiżi u Franċiżi, l-OLAF kien iġġustifika r-rifjut għall-aċċess billi indika li d-dokumenti mitluba kien fihom sommarju tar-riżultati ta' l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF. Issa, fit-3 ta' April 2003, jiġifieri data wara l-komunikazzjoni tad-dokumenti lill-awtoritajiet nazzjonali, l-OLAF kien informa lis-Segretarju Ġenerali li l-investigazzjonijiet kienu għadhom pendenti. Ir-rikorrenti jenfasizzaw f’dan ir-rigward li ma kienx qabel il-25 ta' Settembru 2003 li l-OLAF issottometta r-rapporti finali ta' investigazzjoni.

62      BasBarra minn hekk, ir-rikorrenti jqisu li r-riferiment tal-Kummissjoni għad-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2003, Gomez-Reino vs Il-Kummissjoni (T-215/02). Ġabra p. I-A-345 u II-1685) mhijiex pertinenti fil-każ in kwistjoni. Huma jqisu li s-soluzzjoni mogħtija f'dan id-Digriet jirrendi fir-realtà ineffiċjenti u bla effett utli d-dritt fundamentali tar-rispett għad-drittijiet ta' difiża. Fil-fatt, skond ir-rikorrenti, jirriżulta minn dan id-digriet li l-atti magħmula mill-OLAF fil-kuntest ta' l-attivitajiet tiegħu ma jikkostitiwxxux atti dannużi iżda sempliċiment atti preparatorji. Hija biss id-deċiżjoni finali li tieħu eventwalment l-Istituzzjoni li hija ta' natura li tippreżenta l-karatterisitiċi ta' att li jagħmel dan. Jirriżulta li l-attività kollha ta' l-OLAF ma taqax taħt stħarriġ ġudizzjarju.

63      F'dak li jirrigwarda r-rapport finali tas-SVI kif ukoll l-Annessi tar-rapport tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003, ir-rikorrenti jżidu wkoll li l-motivazzjoni tad-tieni deċiżjoni kkontestata, li ma fiha ebda element ta' informazzjoni proprja dwar il-każ in kwistjoni u ma tispjegax ir-raġunijiet għalfejn l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti biss kien ta' ħsara, hija ġenerali wisq. Il-motivazzjoni mhijiex sodisfaċenti wkoll meta mqabbla mad-domanda sabiex isir magħruf jekk aċċess parzjali huwiex possibbli. Barra minn hekk, il-motivazzjoni mhijiex plawżibbli, minħabba l-fatt li t-tliet rapporti tas-SVI huma suġġetti għall-pubblikazzjoni mifruxa. Ir-rikorrenti jenfasizzaw li l-Kummissjoni tagħthom aċċess għall-ewwel żewġ rapporti tas-SVI mingħajr ma spjegat ir-raġunijiet għalfejn l-aċċess għar-rapport finali tas-SVI u għall-annessi tar-rapport tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003 kellhom jiġu ttrattati b'mod differenti.

64      Huma jikkontestaw, barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika fir-rapport finali tas-SVI, billi jsostnu li fil-mument ta' l-adozzjoni tat-tieni Deċiżjoni kkontestata, l-attivitajiet ta' verifika tas-SVI kienu spiċċaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, tista' topponi indefinittivament talba ta' aċċess billi tastjeni milli tiddetermina s-sejbiet qabel ma jingħataw għal investigazzjoni.

65      Fl-aħħar,ir-rikorrenti jsostnu Fl-Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li d-drittijiet ta' difiża jikkonsistu f'interess pubbliku superjuri skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u jsostnu li, anki jekk id-drittijiet ta' difiża jipproteġu l-ewwel nett interess privat, huma jirrigwardaw ukoll drittijiet superjuri li huma l-bażi tar-regola tad-dritt u tad-Demokrazija. B'mod partikolari jidħlu in kwistjoni l-aċċess għall-qorti u għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Huma jżidu li l-Kummissjoni naqset milli tibbilanċja l-interessi in kwistjoni.

66      Il- Il-Kummissjoni tosserva li r-rikors għall-annullament tar-rifjut ta' aċċess għad-dokumenti li ġie mitlub esklużivament fuq il-bażi tar-regoli dwar id-dritt għall-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti. Bħala konsegwenza, it-talba tar-rikorrenti għandha tiġi trattata bħala talba għal aċċess li ġejja minn kwalunkwe membru tal-pubbliku.

67      Hija tenfassiżHija tenfasizza li l-partikolarità tal-funzjonijiet ta' l-OLAF għandha tiġi kkunsidrata fl-eżami tat-talba għall-aċċess għad-dokumenti in kwistjoni billi jiġi mfakkar li l-OLAF ma jibbenefikax bħala tali minn sistema partikolari jew deroga għar-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti. Hija tqis li jirriżulta mit-totalità tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1073/1999 li l-funzjonjijiet ta' l-OLAF ma jistgħux jiġu ridotti għal dawk ta' servizz sempliċiment amministrattiv, li jistabbilixxi inkartamenti jew dokumenti amministrattivi bħal dawk evokati fis-sentenza Interporc II jew stabbiliti permezz ta' metodu ieħor ta' direzzjoni ġenerali tad-dmirijiet normali tal-Kummissjoni. Hija tqis li l-investigazzjonijiet imwettqa mill-OLAF jistgħu jkollhom implikazzjonijiet dixxiplinari jew penali. Bħala tali, dawn jeħtieġu livell għoli ta' kunfidenzjalità, kif ukoll jirriżulta mill-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 1073/1999, u joħorġu normalment mill-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta' l-investigazzjonijiet. Hija tqis ukoll li sa fejn xi investigazzjonijiet li għadhom pendenti, jew spiċċaw, jistgħu jkollhom rabta ma' xi proċeduri ġudizzjarji mressqa, jew qabel ma jiġu mressqa, l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji tiżdied inevitabilment ma' dik relativa għall-attivitajiet ta' investigazzjoni.

68      Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-kawża in kwistjoni, l-inkartamenti mogħtija lill-awtoritajiet Lussemburgiżi huma bħalissa s-suġġett ta' istruzzjoni, u dawk sottomessi lill-awtoritajiet Franċiżi tressqu quddiem qorti.

69      Hija tqis li ż-żewġ eċċezzjonijiet in kwistjoni jkopru b'mod obbligatorju mhux biss id-dokumenti li jiffurmaw l-inkartamenti ta' l-OLAF jew dawk mibgħuta lill-awtoritajiet ġudizzjarji, iżda wkoll il-komunikazzjonijiet skambjati fuq dan is-suġġett bejn l-OLAF u l-istituzzjonijiet.

70      Hija ssostni li l-ħtieġa tal-kunfidenzjalità timpedixxi li jitqies l-aċċess għall-pubbliku għad-dokumenti kollha li jkopru parti essenzjali ta' investigazzjoni ta' l-OLAF, anki meta din tkun intemmet, għall-inqas ħafna żmien qabel deċiżjoni definittiva ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji li jkn tressaq quddiemhom il-każ jew deċiżjioni definittiva ta' l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar, (iktar 'il quddiem il-"AMST"), ma intervjenewx. Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-interpretazzjoni b'analoġija tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru, Petrie et vs Il-Kummissjoni (T-191/99, Ġabra p. II-3677). Hija tikkunsidra li l-ħtieġa ta' kunfidenzjalità hija iktar iġġustifikata mill-investigazzjonijiet ta' l-OLAF sa fejn jistgħu jwasslu għal miżuri penali jew dixxiplinari ta' persuni, u li, fl-ipoteżi fejn proċedura ġudizzjarja jew dixxiplinarja titressaq, dawn il-persuni jkollhom id-dritt għar-rispett tal-preżunzjoni ta' innoċenza.

71      Hija tqis li fil-każ in kwistjoni, l-aċċess għad-dokumenti mitluba ġie rrifjutat minħabba, b'mod partikolari, li dawn jkopru parti essenzjali ta' l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF u li dawn ma taw lok għal ebda deċiżjoni definittiva la minn naħa ta' l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-anqas min-naħa ta' l-AMST. Kieku dan kien il-każ, l-analiżi tal-Kummissjoni setgħet kienet differenti. Fil-fatt, id-dokumenti in kwistjoni setgħu ġew ikkomunikati skond ir-Regolament Nru 1049/2001, jekk ikun il-każ, bl-ommissjoni ta' l-isem tal-persuni legali jew naturali msemmija.

72      Il-Kummissjoni żżid li, fid-digriet Gomez-Reino vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-OLAF mhijiex obbligata li tagħti lill-uffiċjal Komunitarju, allegatament ikkonċernat f'investigazzjoni interna, qabel l-intervent ta' deċiżjoni finali ta' l-AMST tolqtu b'mod negattiv, l-aċċess għad-dokumenti li huma s-suġġett ta' tali investigazzjoni, jew dik stabbilita mill-OLAF. Skond il-Kummissjoni, jekk tali aċċess jista' jiġi rrifjutat għall-uffiċjal interessat, għandu jiġi aċċettat rifjut għal talba għall-aċċess tad-dokumenti ta' investigazzjoni magħmula taħt ir-Regolament Nru 1049/2001.

73      Il-Kummissjoni tqis li m'hemmx inkoerenza jew kontradizzjoni fil-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, u li r-rikorrenti ħawdu l-investigazzjonijiet esterni u interni mwettqa mill-OLAF. Issa, it-termini differenti fid-deċiżjonijiet ikkontestati jirriżultaw mill-fatt li l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ġew mitluba jieħdu konjizzjoni f'Lulju 2002 u Marzu 2003 ta' riżultati ta' investigazzjoni esterna li hija indipendenti mill-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF. Barra minn hekk, fit-18 ta' Awwissu 2003, l-investigazzjonijiet interni ta' l-OLAF kienu għadhom pendenti. Bil-kontra, fl-1 ta' Ottubru 2003, dawn l-investigazzjonijiet kienu ntemmew, u dan jispjega t-termini differenti ta' l-ewwel Deċiżjoni kkontestata.

74      Fir-rigward tas-suffiċjenza tal-motivazzjoni, il-Kummissjoni ssostni li għadnhom jiġu kkunsidrati kemm il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu 2003, li hija dik ta' l-ewwel Deċiżjoni kkontestata, kif ukoll l-informazzjoni l-oħra li r-rikorrenti kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Hija tfakkar li, skond is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Marzu 1997, WWF UK vs Il-Kummissjoni (T-105/95, Ġabra p. II-313), il-Kummissjoni mhux dejjem ikollha l-possibbiltà li tindika r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-kunfidenzjalità ta' dokument mingħajr ma tiżvela l-kontenut ta' dan ta' l-aħħar, u, għaldaqstant, iċaħħad l-eċċezzjoni mill-għan ewlieni tagħha.

75      Il-KummiIl-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju ta' proporzjonalità għal darb'oħra ma ġiex miksur. Hija tqis li sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni ta' l-investigazzjonijiet u ta' stħarriġ kif ukoll dawk tal-proċeduri ġudizzjarji, anki aċċess parzjali għad-dokumenti differenti mitluba ma jista' jingħata lill-pubbliku mingħajr ma ċċaħħad lill-eċċezzjonijiet previsti mill-effett utli tagħhom.

76      Fir-rigward tad-dokumenti li huma s-suġġett tar-rikors T-70/04, il-Kummissjoni ssostni li hija applikat b'mod korett l-eċċezzjoni meħuda mit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress illi, anki jekk l-attivitajiet ta' verifika tas-SVI kienu spiċċaw, l-investigazzjoni u l-analiżi tagħha għall-Kummissjoni kienet dejjem pendenti u r-rapporti setgħu dejjem jintużaw mill-OLAF fil-kuntest ta' l-investigazzjonijiet proprja tagħha.

77      Il-Kummissjoni tfakkar li d-dokumenti li ġew ikkomunikati lir-rikorrenti mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni bħala anness għar-risposta ta' l-10 ta' Ottubru 2003 ġew mibgħuta bħala informazzjoni ġenerali dwar proċedura dixxiplinari mressqa kontrihom u immedjatament sospiża, u mhux bħala risposta għal talba għall-aċċess tad-dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001, u li l-aċċess għad-dokumenti, mitlub taħt ir-Regolament Nru 1049/2001, ġie rrifjutat.

78      Il-Kummissjoni tenfasizzIl-Kummissjoni tenfassizza li kien wara żewġ riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew li l-Kummissjoni inkarigat lis-SVI bid-Deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2003, sabiex teżamina l-legalità jew ir-regolarità tal-kuntratti konklużi u tas-sussidji mogħtija mill-Eurostat bil-għan li tirrispondi għad-domanda tal-Parlament, iżda wkoll li tiskopri irregolaritajiet eventwali jew disfunzjonijiet u tasal għall-konklużjonijiet. Ir-rapporti stabbiliti mis-SVI f'dan il-kuntest huma għaldaqstant dokumenti ta' natura sensittiva, minħabba s-suġġett u l-kontenut tagħhom. Il-Kummissjoni tikkontesta li dawn id-dokumenti għandhom divulgazzjoni wiesgħa ta' informazzjoni. Bil-kuntrarju, huma kienu s-suġġett ta' divulgazzjoni ristretta. Il-pubbliku qatt ma kellu aċċess għal dawn id-dokumenti.

79      Il-Kummissjoni tikkummenta li jekk jingħata raġun lir-rikorrenti, d-dokumenti jsiru aċċessibbli għal kullħadd.

80      Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tal-partikolarità tal-kawża preżenti, ebda interess pubbliku superjuri ma jista' jiġġustifika l-iżvelar lill-pubbliku ta' dokumenti relattivi għall-investigazzjonijiet ta' l-OLAF. Hija tenfasizza li r-Regolament Nru 1049/2001 mhuwiex ikkonċernat li jirregola l-aċċess għall-inkartamenti ta' persuni eventwalment ikkonċernati minn investigazzjoni ta' l-OLAF sabiex tippermettilhom jassiguraw id-difiża tagħhom.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim' Istanza

–       Kummenti preliminari

81      Għandu jingħad, preliminarjament, li l-kawżi preżenti għandhom jiġu eżaminati fir-riward tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, huwa kostanti li d-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

82      Għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, min jitlob l-aċċess mhuwiex obbligat jiġġustifika t-talba tiegħu u għalhekk m'għandux għalfejn juri xi interess sabiex ikollu aċċess għad-dokumenti mitluba (ara, f'dak li jirrigward, l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 94/90, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Frar 1998, Interporc vs Il-Kummissjoni, T-124/96, Ġabra p. II-231, punt 48, u Interporc II, punt 44). Jirriżulta li t-talba tar-rikorrenti għandha tiġi eżaminata bl-istess mod ta' talba ġejja mingħand kwalunkwe persuna oħra.

83      Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet huwa prinċipju u li deċiżjoni ta' rifjut mhijiex valida ħlief jekk tkun ibbażata fuq waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. .

84      Skond ġurisprudenza kostanti, dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati u applikati b'mod restrittiv, sabiex ma tiġix mfixkla l-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali kif stabbilit f'dan ir-Regolament, (ara s-sentenza van der Wal, punt 27, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Frar 2002, Kuijer vs Il-Kunsill, T-211/00, Ġabra p. II-485, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata).

85      Fil-kuntest tar-rikors T-391/03, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iżvelar tad-dokumenti kkontestati m'għandux iseħħ għal żewġ raġunijiet, jiġifieri, minn naħa, minħabba li jirrigwarda dokumenti marbuta ma' l-attivitajiet ta' investigazzjoni, spezzjoni u verifika u, min-naħa l-oħra, minħabba li jirrigwarda, fl-istess ħin, dokumenti bil-miktub għall-finijiet ta' proċedura ġudizzjarja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinvoka, fl-ewwel Deċiżjoni kkontestata, l-eċċezzjoni prevista tit-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1409/2001, sabiex jiġi rrifjutat l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba.

86      Fil-kuntest tar-rikors T-70/04, ir-rikorrenti talbu li jkollhom aċċess għar-rapport finali tas-SVI u għall-annessi tar-rapport intermedjarju tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003. Il-Kummissjoni tqajjem biss, f'dan ir-rigward, l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' investigazzjoni, spezzjoni u verifika, previst fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

87      Huwa fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 84 li għandha tiġi eżaminata l-applikazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fuq l-eċċezzjonijiet tat-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001.

–       Dwar l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji

88      It-termini "proċeduri ġudizzjarji" ġew interpretati mill-Qorti tal-Prim'Istanza, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 94/90, fis-sens li l-protezzjoni ta' l-interess pubbliku tipprekludi l-iżvelar tal-kontenut tad-dokumenti bil-miktub intiżi għal proċedura ġudizzjarja partikolari (sentenza Interporc II, punt 40).

89      Peress li l-kunċett ta' "proċeduri ġudizzjarji" wkoll, fil-kuntest tad-dritt għall-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet, diġà ġie interpretat, għandu jiġi kkunsidrat li din id-definizzjoni hija importanti b'mod ugwali fil-kuntest tar-Regolament Nru 1049/2001.

90      B'l-istess mod, il-Qorti tal-Prim'Istanza diġà ddeċidiet li bil-kliem "dokumenti bil-miktub intiżi għal proċedura ġuridika [gudizzjarja] partikolari", kellhom jinkludu n-noti u l-atti ppreżentati, id-dokumenti interni dwar l-istruzzjoni tal-kawża pendenti, il-komunikazzjonijiet relattivi għal kawża bejn id-Direzzjoni Ġenerali kkonċernata u s-servizz ġuridiku jew kamra ta' l-Avukati. Din id-delimitazzjoni tal- kamp ta' applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni għandha bħala għan li tiggarantixxi, minn naħa, il-protezzjoni tax-xogħol intern tal-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tal-prinċipju tas-segretezza professjonali ta' l-avukati (sentenza Interporc II, punt 41).

91      Bil-kuntrarju, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-interess pubbliku (proċeduri ġudizzjarji) li qiegħed fil-kodiċi ta' kondotta, ma kienx jippermetti l-Kummissjoni li tevita l-obbligu li tikkomunika d-dokumenti li ġew stabbiliti fil-kuntest ta' inkartament amministrattiv permanenti. Dan il-prinċipju għandu jiġi rrispettat anki jekk il-produzzjoni ta' dawn id-dokumenti fi proċedura quddiem il-Qorti Komunitarja tista' tkun ta' ħsara għall-Kummissjoni. Il-fatt li rikors għal annullament ġie mressaq kontra deċiżjoni li ġiet meħuda wara proċedura amministrattiva hija irrilevanti f'dan ir-rigward (sentenza Interporc II, punt 42).

92      Għandu jiġi eżaminat, fid-dawl ta' din il-ġurisprudenza, jekk id-dokumenti kkomunikati mill-OLAF lill-awtoritajiet Lussemburgiżi u Franċiżi u d-dokumenti kkomunikati lill-Kummissjoni humiex dokumenti li ġew ippreparati għall-għan uniku ta' proċedura ġudizzjarja partikolari.

93      Jirriżulta mill-ewwel premessa tar-Regolament 1073/1999, li l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF għandhom bħala għan l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi u kull attivita illegali oħra ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Skond il-ħames premessa ta' dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà ta' l-OLAF tikkonċerna, barra l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji, l-attivitajiet kollha marbuta mal-protezzjoni ta' l-interessi Komunitarji kontra l-imġiba irregolari li tista' twassal għal azzjoni amministrattiva jew kriminali. Huwa għalhekk biex jintlaħqu dawn l-għanijiet li l-OLAF twettaq investigazzjonijiet interni u esterni, li tagħhom ir-riżultati jiġu ppreżentati f'rapport ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1073/1999, u li l-OLAF tibgħat xi informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-istituzzjonijiet, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1073/1999.

94      Skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 1073/1999, ir-rapporti ta' l-OLAF jikkostitwixxu, bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet tar-rapporti amministrattivi stabbiliti mill-kontrolluri amministrattivi Nazzjonali, elementi ta' prova li huma ammissibbli fil-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta' l-Istat Membru fejn l-użu tagħhom isir neċessarju.

95      Is-segwitu li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jew l-Istituzzjonijiet jagħtu lir-rapporti u informazzjoni mibgħuta mill-OLAF jaqgħu madankollu taħt ir-responsabbiltà unika u sħiħa ta' dawn l-awtoritajiet [Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' April 2005, Tillack vs Il-Kummissjoni, C-521/04 P(R), Ġabra p. I-3103, punt 32].

96      Barra minn hekk, jista' jkun il-każ li komunikazzjoni mill-OLAF lill-awtoritajiet nazzjonali, skond l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament Nru 1073/1999, jew lill-istituzzjoni, skond l-Artikolu 10(3) ta' l-istess Regolament, ma jwassalx għall-ftuħ ta' proċedura ġudizzjarja fuq livell nazzjonali jew fi proċedura dixxiplinari jew amministrattiva fuq livell Komunitarju.

97      Li ssostni f'dawn iċ-ċirkustanzi li d-dokumenti differenti kkomunikati mill-OLAF saru biss bl-għan ta' proċedura ġudizzjarja ma jikkorrispondix ma' l-interpretazzjoni li l-ġurisprudenza tat lil din l-eċċezzjoni u tillimita l-obbligu ta' interpretazzjoni u applikazzjoni b'mod restrittiv ta' dawn l-eċċezzjonijiet.

98      Għaldaqstant, ir-rispett għar-regoli nazzjonali ta' proċedura huma ggarantiti suffiċjentement jekk l-Istituzzjoni tiggarantixxi li l-iżvelar tad-dokumenti ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt nazzjonali. Barra minn hekk, fil-każ ta' dubju, l-OLAF kellha tikkonsulta l-qrati nazzjonali u ma kellhiex tirrifjuta l-aċċess biss jekk il-qorti nazzjonali oġġezzjonat għall-iżvelar ta' l-imsemmija dokumenti (sentenza van der Wal, punt 28).

99      Issa, jirriżulta b'mod ċar li tali konsultazzjoni ma saritx, kif ammettiet il-Kummissjoni waqt is-seduta fir-risposta għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

100    Fil-fatt, l-ewwel Deċiżjoni kkontestata tgħid biss f'dan ir-rigward :

"Safejn l-investigazzjonijiet ġudizzjarji għadhom pendenti fi Franza u fil-Lussemburgu, l-aċċess għall-inkartamenti huwa rregolat mir-regoli ta' proċedura li japplikaw fiż-żewġ pajjiżi. Għandkom il-possibbiltà li tirrikorru għand l-awtoritajiet Franċiżi u/jew Lussemburgiżi responsabbli bil-għan li titolbu d-dritt għall-aċċess għall-inkartament li ġie ttrasferit lilhom. Id-deċiżjoni hija tagħhom, u l-OLAF mhuwiex se joġġezzjona għad-deċiżjoni tagħhom."

101    Tali approċċ mhuwiex konformi ma' dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza van der Wal (punt 29). Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura li fiha l-istituzzjoni tikkonsulta lill-qorti nazzjonali fil-każ ta' dubju tevita li r-rikorenti jkollhom qabel kollox jindirizzaw lill-qorti nazzjonali responsabbli u wara dan lill-Kummissjoni jekk din il-qorti tqisx li d-dritt nazzjonali ma jipprekludix id-divulgazzjoni tad-dokumenti mitluba, iżda tqis li l-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji jistgħu jintlaħqu b'soluzzjoni differenti. Hija tirrispondi għalhekk ukoll għall-ħtiġijiet ta' amministrazzjoni tajba.

102    bħala konsegwKonsegwentement, għadu jiġi deċiż li l-ewwel deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball safejn huwa kkonstatat li d-dokumenti mitluba fil-kuntest tar-rikors T-391/03 jaqgħu taħt l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-proċeduri tal-qorti skond ir-Regolament Nru 1049/2001.

103    Madankollu, peress li l-OLAF xorta qajjem eċċezzjoni oħra sabiex jiċħad l-aċċess għal dawn id-dokumenti, għandu jiġi eżaminat jekk l-aċċess setgħax jiġi rrifjutat fuq il-bażi tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

–       Dwar l-eċċezzjoni bbażata fuq l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika.

104    Għandu mal-ewwel jiġi kkonstatat li ma ġiex ikkontestat mill-partijiet li d-dokumenti kollha li għalihom intalab l-aċċess effettivament kienu jirrigwardaw tali attivitajiet.

105    Issa, sitwazzjoni li fiha dokument jikkonċerna attività ta' spezzjoni jew investigazzjoni mhuwiex, fih innifsu, suffiċjenti biex jiġġustifika l-eċċezzjoni invokata. Skond il-ġurisprudenza, kull eċċezzjoni għad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni għandha tiġi applikata u interpretata strettament (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Settembru 2000, Denkavit Nederland vs Il-Kummissjoni T-20/99, Ġabra p. II-3011, punt 45).

106    F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, f'dak li jikkonċerna d-dokumenti previsti mir-rikors T-391/03, l-attivitajiet ta' investigazzjoni ta' l-OLAF kienu diġa tlestew fil-mument ta' l-adozzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata, fl-1 ta' Ottubru 2003. Fil-fatt, ir-rapport finali ta' l-investigazzjoni fil-każ Eurogramme ġie konkluż fl-Lulju 2002. Barra minn hekk, fil-25 ta' Settembru 2003, l-OLAF kkonkluda r-rapporti finali ta' investigazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1073/1999 dwar il-każijiet Eurocost u Datashop – Planistat. Ir-rikorrenti rċevew, bħala persuni involuti f'dawn ir-rapporti, kopja tagħhom b'ittra ta' l-10 ta' Ottubru 2003.

107    Barra minn hekk, f'dak li jikkonċerna r-rikors T-70/04, l-investigazzjoni tas-SVI ntemmet bir-rapport finali tat-22 ta' Ottubru 2003.

108    Barra minn hekk, fil-kawża in kwistjoni għandu jiġi vverifikat jekk id-dokumenti li jirrigwardaw attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni jew verifika humiex koperti bl-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, minkejja li l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-verifika partikolari ġew imwettqa, u wasslu għall-konklużjoni tar-rapporti finali, iżda li l-azzjonijiet li kellhom jingħataw lill dawn ir-rapporti kienu għadhom ma ġewx deċiżi.

109    Skond Skond il-Qorti tal-Prim'Istanza, it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni, li tipprevedi li tipproteġi "l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika", mhuwiex applikabbli ħlief jekk l-iżvelar tad-dokumenti in kwistjoni jirriskja li jipperikola t-twettiq ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni jew verifika.

110    Ċertament, jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-atti differenti ta' investigazzjoni jew spezzjoni jistgħu jibqgħu koperti mill-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika, anki jekk l-attivitajiet ta' investigazzjoni jew spezzjoni jkollhom segwitu, u anki jekk l-investigazzjoni jew spezzjoni jkunu taw lok għal rapport li għalih ġie mitlub aċċess ittemmew (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Denkavit Nederland vs Il-Kummissjoni, ċċitata iktar 'il fuq, punt 48). .

111    Madankollu, li jingħad li d-dokumenti differenti relatati ma' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni jew verifika huma koperti bl-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, tant illi s-segwitu li jingħata lil dawn il-proċeduri ma jkunux ġew deċiżi, jwassal biex jissuġġetta l-aċċess għal dawn id-dokumenti għall-avveniment każwali, futuri u eventwalment iktar 'il bogħod, skond il-ħeffa u d-diliġenza ta' l-awtoritajiet differenti.

112    Tali sitwazzjoni tmur kontra l-għan ta' garanzija ta' aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti relattivi għal irregolaritajiet eventwali mwettqa fit-tmexxija ta' interessi finanzjarji, bil-għan li tingħata liċ-ċittadini l-possibbiltà li jikkontrollaw b'mod iktar effettiv il-legalità ta' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika (ara f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta; Ottubru Jt's Corporation vs Il-Kummissjoni, T-123/99, Ġabra p. II-3269, punt 50).

113    Għandu għalhekk jiġi vverifikat jekk, fil-mument ta' l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet kkontestati, kienux għadhom pendenti l-attivitajiet ta' spezzjoni u investigazzjoni, li setgħu jiġu pperikolati minħabba l-iżvelar tad-dokumenti mitluba, u jekk dawn l-attivitajiet ġewx mwettqa fi żmien raġjonevoli.

114    F'dan ir rigward, għandu jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza kostanti, il-legalità ta' att individwali kkontesta għandha tiġi evalwata skond l-elementi ta' fatt u ta' dritt li jeżistu fid-data meta jitwettaq l-att (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Frar 1979, Franza vs Il-Kummissjoni 15/76 u 16/76, Ġabra p. 321, punt 7, u tas-17 ta' Mejju 2001, IECC vs Il-Kummissjoni C-449/98 P. Ġabra p. I-3875, punt 87).

115    Barra minn hekk, skond ġurispurudenza kostanti, l-eżami meħtieġ sabiex tiġi trattata talba għall-aċċess għad-dokumenti jeħtieg natura konkreta. Fil-fatt, minn naħa, iċ-ċirkustanza waħedha li dokument li jikkonċerna interess huwa protett b'eċċezzjoni ma tkunx suffiċjenti biex tiġġustifika l-applikazzjoni ta' din ta' l-aħħar (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Denkavit Nederland vs Il-Kummissjoni, ċċitat iktar 'il fuq, punt 45). Min-naħa l-oħra, ir-riskju ta' ħsara lejn interess protett għandu jiġi raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. Konsegwentement, l-eżami li għandha timxi miegħu l-istituzzjoni sabiex tapplika eċċezzjoni għandu jiġi effetwat b'mod konkret u għandu jirrifletti l-motivi tad-deċiżjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' April 2000, Kuijer vs Il-Kunsill, T-188/98, Ġabra p. II-1959, punt 38, u tat-13 ta' April 2005, Verein fur Konsumenteninformation vs Il-Kummissjoni, T-2/03, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra, iktar il-quddiem is-"sentenza VKI", punti 69 u 72).

116    Dan l-eżami konkret għandu, għaldaqstant, jitwettaq għal kull dokument li għalih ikun hemm talba. Fil-fatt, jirriżulta mir-Regolament Nru 1049/2001, li l-eċċezzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 4(1)(2) u (3) tiegħu, huma imniżżla bħala li għandhom ikunu applikabbli għal "dokument" (sentenza VKI, punt 70).

117    Eżami konkret u individwali ta' kull dokument huwa wkoll neċessarju meta, anki fl-ipoteżi fejn huwa ċar li talba għall-aċċess tirrigwarda xi dokumenti koperti minn eċċezzjoni, tali eżami biss jista' jippermetti lill-istituzzjoni li tevalwa l-possibbiltà li tagħti aċċess parzjali lil min jagħmel it-talba, skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta, il-Qorti tal-Prim'Istanza diġa ċaħdet bħala insodisfaċenti evalwazzjoni tad-dokumenti mwettqa b'kategoriji pjuttost minn elementi ta' informazzjoni konkreti li jkun hemm f''dawn id-dokumenti, peress li l-eżami mitlub minn istituzzjoni għandu jippermetti l-evalwazzjoni konkreta dwar jekk eċċezzjoni invokata hijiex applikabbli realment għall-informazzjoni kollha li fihom dawn id-dokumenti (sentenzi JT's Corporation vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, punt 46 u VKI, punt 73).

118    Hija għaldaqstant l-Istituzzjoni li għandha teżamina, l-ewwel nett, jekk id-dokument mitlub jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' waħda mill-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2009, it-tieni nett, jekk ikun hekk, jekk il-bżonn ta' protezzjoni li jirrigwarda l-eċċezzjoni kkonċernat huwiex reali, u t-tielet nett, jekk huwiex applikabbli għad-dokument kollu.

119    Il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha, ghaldaqstant, teżamina jekk id-deċiżjonijiet ikkontestati ġewx adottati skond ir-regoli li għadhom kif ġew spjegati.

120    F'dak li jirrigwarda d-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni mwettqa mill-OLAF kienet spiċċat, u ma ġiex ikkontestat li, fil-mument ta' l-adozzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata, la l-awtoritajiet Lussemburgiżi u lanqas l-awtoritajiet Franċiżi ma kienu ddeċidew x'azzjoni kienu se jieħdu dwar l-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF skond l-Artikolu 10 tar-Regolament 1073/1999. .

121    L-informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet nazzjonali kellha bħala għan li jiġi pprovdut lil dawn ta' l-aħħar l-elementi li l-OLAF ikkunsidrat bħala li juru irregolaritajiet differenti u li, skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament NRu 1073/1999, jistgħu jikkostitwixxu elementi ta' prova ammissibbli quddiemha.

122    Għotja ta' aċċess għal dawn id-dokumenti, anki parzjali, tista' tikkomprometti l-użu effettiv ta' dawn l-elementi mill-awtoritajiet nazzjonali, minħabba l-fatt li l-persuni implikati fl-irregolaritajiet issusspettati setgħu jaġixxu b'mod li jfixxklu t-tmexxija korretta tal-proċeduri u investigazzjonijiet differenti li l-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu li jibdew. Fil-fatt, id-dokumenti mibgħuta kien fihom b'mod partikolari rapporti ta' verifika ta' impriżi, xi rapporti tas-smigħ ta' l-uffiċjali ta' l-Eurostat, xi rapporti ta' verifika ta' spejjeż kif ukoll xi rapporti ta' spezzjonijiet li l-iżvelar tagħhom setgħa jinforma lill-persuni kkonċernati dwar l-atti li l-awtoritajiet nazzjonali kienu se jwettqu.

123    Barra minn hekk, fil-mument ta' l-adozzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata, jiġifieri l-1 ta' Ottubru 2003, żmien raġonevoli sabiex jiġu deċiżi l-proċedimenti li għandhom jiġu segwiti għall-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF kien għadu ma għaddiex, l-għotja lill-awtoritajiet Lussemburgiżi ma seħħx ħlief fl-4 ta' Lulju 2002, u dik lill-awtoritajiet Franċiżi fid-19 ta' Marzu 2003.

124    Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma għamlet la żball ta' dritt u lanqas żball ta' evalwazzjoni jekk wieħed jikkunsidra li, fil-mument ta' l-adozzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata, l-aċċess għad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi kellu jiġi rrifjutat minħabba l-fatt li l-iżvelar ta' dawn id-dokumenti kien ikun ta' ħsara għall-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika.

125    L-istess konstatazzjonijiet huma applikabbli għar-rapport finali tas-SVI. Fil-mument ta' l-adozzjoni tat-tieni deċiżjoni kkontestata, jiġifieri d-19 ta' Diċembru 2003, l-investigazzjoni dwar l-Eurostat kienet għada ma ntemmitx u l-Kummissjoni kienet għadha ma ddeċidietx fuq il-konsegwenzi tar-rapport finali tas-SVI. Barra minn hekk, l-iżvelar ta' l-imsemmi rapport, anki f'verżjoni anonima, setgħa jagħti lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jippruvaw jinfluwenzaw l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-verifiki li kienu se jitwettqu.

126    F'dak li jirrigwarda l-komunikazzjoni ta' l-OLAF lill-Kummissjoni prevista mill-komunikat ta’ l-istampa tad-19 ta' Mejju 2003, il-Qorti tal-Prim'Istanza setgħet tikkonstata li hija wkoll fiha informazzjoni tant preċiża dwar il-progress ta' l-investigazzjonijiet differenti fuq l-Eurostat, li r-rifjut għall-iżvelar, minħabba li setgħa jagħmel ħsara lill-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika għall-istess raġunijiet esposti iktar 'il fuq, huma ġġustifikati fil-mument ta' l-adozzjoni ta' l-ewwel deċiżjoni kkontestata.

127    Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet l-oħra ta' l-OLAF lill-Kummissjoni, l-ewwel deċiżjoni kkontestata tosserva li "il-komunikazzjonijiet kollha fihom xi riżultati ta' investigazzjoni li l-iżvelar tagħhom jagħmel ħsara għall-proċedura tal-qorti li għaddejjin [pendenti] fi Franza u fil-Lussemburgu".

128    Jirrizul Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet vagi u ġenerali li l-OLAF ippronunzjat ruħha in abstracto dwar ir-riskju li l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati setgħa jagħmel lill-miżuri li l-Kummissjoni kkunsidrat neċessarji għall-protezzjoni ta' l-interessi tagħha jew għall-proċeduri tal-qorti pendenti fi Franza u fil-Lussemburgu, mingħajr ma wriet il-provi neċessarji sabiex jintwera, b'mod korrett, li l-iżvelar tad-dokumenti kien iwassal għal ħsara konkreta għall-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika u li l-eċċezzjoni adottata tapplika realment għall-informazzjoni kollha li fihom l-imsemmija dokumenti.

129    Konsegwenyement, għandu jiġi rrilevat li ma ġiex ippruvat, fil-kawża in kwistjoni, li l-attivitajiet ta' investigazzjoni u spezzjoni kienu pperikolati b'mod konkret mill-iżvelar tal-komunikazzjonijiet ta' l-OLAF lill-Kummissjoni barra min dik prevista fil-komunikat ta' l-istampa tad-19 ta' Mejju 2003.

130    Barra minn hekk, l-OLAF ma indikax fl-ewwel deċiżjoni kkontestata jekk ir-risjki li ddeskriva japplikawx realment għall-informazzjoni kollha li tinsab f'dawn id-dokumenti. Jirriżulta mill-ewwel deċiżjoni kkontestata li l-OLAF ibbaża l-evalwazzjonijiet tiegħu fuq in-natura ta' l-elementi mitluba minflok fuq l-elementi ta' informazzjoni li jinsabu realment fid-dokumenti in kwistjoni. Issa, dan huwa żball ta' dritt li jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Diċembru 2001, Il-Kunsill vs Hautala, C-353/99P. Ġabra p. I-9565, punt 31).

131    KKonsegwentement, l-OLAF ma ressqax provi b'mod suffiċjenti għall-finijiet tad-dritt li l-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni ta' l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni, investigazzjoni u verifika, jekk tiġi meqjusa applikabbli għal dan il-każ, tapplika għall-komunikazzjonijiet kollha ta' l-OLAF lill-Kummissjoni barra minn dawk previsti fil-komunikat ta' l-istampa tad-19 ta' Mejju 2003.

132    Il-Qorti tal-Prim'Istanza setgħet tikkonstata li mill-inqas parti minn dawn id-dokumenti ma tidher xejn li hija prevista mill-eċċezzjoni bbażata fuq it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

133    Issa, mhuwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Prim’ Istanza li tissostitwixxi lill-Kummissjoni sabiex tindika d-dokumenti li għalihom aċċess totali jew parzjali kellu jiġi mogħti, peress li l-Istituzzjoni hija marbuta, fl-eżekuzzjoni tal-kawża preżenti, illi tikkunsidra r-raġunijiet imsemmija f'dan ir-rigward fiha.

134    L-istess kostatazzjonijiet japplikaw għall-annessi tar-rapport tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003, li għalihom l-aċċess ġie rrifjutat mill-Kummissjoni minħabba r-raġuni li l-investigazzjoni u l-evalwazzjoni tagħha biex tistabbilixxi l-konsegwenzi kienu għadhom pendenti u li dawn ir-rapporti setgħu dejjem jintużaw mill-OLAF fil-kuntest ta' l-investigazzjonijiet proprja tiegħu.

–       Dwar l-eżistenza ta' interess pubbliku superjuri

135    Għandu jiġi eżaminat iktar fit-tul jekk jeżistix interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet Franċiżi u Lussemburgiżi, tal-komunikazzjoni ta' l-OLAF lill-Kummissjoni prevista mill-komunikat ta' l-istampa tad-19 ta' Mejju 2003, kif ukoll tar-rapport finali tas-SVI.

136    F'dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, dawk li jibbenifikaw mid-dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet huma "kull ċittadin ta' l-Unjoni u kull persuna naturali jew ġuridika li tkun residenti jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru". Jirriżulta li dan ir-Regolament huwa intiż li jiggarantixxi l-aċċess għad-dokumenti kollha u mhux biss l-aċċess għad-dokumenti msemmija.

137    Konsegwentement, l-interess partikolari li jista' jipprovdi l-applikanti bl-aċċess għal dokumenti li jikkonċernah personalment ma jiġix ikkunsidrat.

138    L-interess ġenerali li jsostnu r-rikorrenti huwa parti mid-dritt tad-difiża. Huwa veru żgur li l-eżistenza tad-drittijiet tad-difiża jippreżentaw fihom infushom interess ġenerali. Madankollu, il-fatt li dawn id-drittijiet jimmanifestaw ruħhom f'dan il-każ mill-interess suġġettiv tar-rikorrenti li jiddefendu ruħhom jimplika li l-interess li jinvokaw ir-rikorrenti mhuwiex interess ġenerali, iżda interess privat.

139    Konsegwentement, Il-Kummissjoni ma għamlitx żball fid-dritt meta kkunsidrat li d-drittijiet tad-difiża li r-rikorrenti jsostnu bħala interess superjuri ma jikkonsistix f'interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.

140    Isegwi minn dak kollu li ntqal qabel li għandha tiġi annullata l-ewwel deċiżjoni kkontestata safejn aċċess ġie rrifjutat għall-komunikazzjonijiet kollha ta' l-OLAF lill-Kummissjoni barra dik prevista fil-komunikat ta' l-istampa tad-19 ta' Mejju 2003, kif ukoll it-tieni deċiżjoni kkontestata safejn l-aċċess ġie rrifjutat għall-annessi tar-rapport tas-SVI tas-7 ta' Lulju 2003.

 Dwar l-ispejjeż

141    SS Skond l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista' tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu tilfu rispettivament fuq waħda jew diversi kapi. Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, għandu jiġi deċiż li l-Kummissjoni għandha tbati terz ta' l-ispejjeż tar-rikorrenti. Il-partijiet ibatu l-bqija ta' l-ispejjeż tagħhom.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

taqta' u tiddeciedi

1)      I-It-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tat-18 ta' Awwissu kif ukoll tad-Deċiżjoni impliċita ta' rifjut tat-talbiet tar-rikorrenti tal-21 u 29 ta' Ottubru huma miċħuda fuq il-bażi li huma inammissibbli.

2)      Id-Deċiżjoni ta' l-uffiċċju ta’ l-UE kontra l-frodi (OLAF) ta' l-1 ta' Ottubru 2003 hija annullata safejn aċċess ġie rrifjutat għall-komunikazzjonijiet ta' l-OLAF lill-Kummissjoni barra minn dawk previsti fil-komunikat ta' l-istampa tad-19 ta' Marzu 2003, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2003 safejn l-aċċess ġie rrifjutat għall-annessi tar-rapport ta' verifika interna tas-7 ta' Lulju 2003.

3)      It-talbiet huwa miċħuda bħala infondati għall-bqija.

4)      Il--Kummissjoni għandha tbati terz ta' l-ispejjeż tar-rikorrenti. Il-partijiet għandhom ibatu l-bqija ta' l-ispejjeż tagħhom.

Jaeger

Tiili

Czúcz

Mogħtija f'Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fis-6 ta' Lulju 2006.

E. Coulon M. Jaeger

Reġistratur

 

       il-President            


* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.