Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2023 – RTL Group Markenverwaltung vs EUIPO – Örtl (RTL)

(Kawża T-1089/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: RTL Group Markenverwaltungs GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Prinz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marcella Örtl (Selb, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “RTL” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 884 894

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 87/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, skont il-każ, temendaha billi tiddeċiedi li, fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi segwenti

Klassi 3: Sapun; Fwejjaħ; Kosmetiċi;

Klassi 9: Apparat għar-reġistrazzjoni tal-ħoss u tal-istampa; Apparat għat-trażmissjoni tal-ħoss u tal-istampa; Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss u tal-istampa; Apparat għall-Video on Demand (VOD); Apparat għal offerti ta’ konsultazzjoni oħra; Apparat għall-Pay TV; Apparat għat-televiżjoni interattiva; Apparat għat-Teleshopping; Apparat ċinematografiku; Apparat fotografiku; Mekkaniżmi għall-apparat ta’ prepagament; inkluż fil-klassi 9; Diski akustiċi; Diski Ottiċi (Ħoss u Stampa); il-prodotti kollha msemmija f’forma rreġistrata jew mhux irreġistrata;

Klassi 16: Prodotti tal-istamperija; Kotba; Gazzetti; Rivisti; Karti; Kartun; Karti għat-teħid ta’ noti;

Klassi 24: Tessuti inklużi drappijiet, prodotti tat-tessut u sostituti tat-tessut;

Klassi 25: Ħwejjeġ;

Klassi 32: Birer u prodotti tal-birrerija; Ilma minerali; Ilma bil-gass; Xarbiet bla alħokol; Xarbiet bil-frott; Juices;

Klassi 35: Servizzi ta’ reklamar, ta’ marketing u ta’ promozzjoni;

Klassi 41: Servizzi fil-kuntest tal-promozzjoni tat-talenti, jiġifieri tiftix għat-talent għan-nom ta’ terzi permezz ta’ seminars, korsijiet, laqgħat, taħriġ u preżentazzjonijiet;

Klassi 42: Żvilupp ta’ softwer ta’ banek ta’ data (programmazzjoni) għall-provvista ta’ informazzjoni fuq l-internet u fuq mezzi awdjoviżivi oħra kif ukoll ħolqien ta’ homepages u ta’ siti fuq l-internet u fuq mezzi awdjoviżivi oħra; Konsulenza teknika intiża għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-diffużjoni ta’ trażmissjonijiet televiżivi u radjofoniċi u ta’ banek ta’ data kif ukoll ta’ preżentazzjonijiet fuq l-internet u fuq mezzi awdjoviżivi oħra;

it-talba għar-revoka tat-trade mark Nru 14 884 894 hija miċħuda;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________