Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2013 – Nordex Holding vs UASI - Fontana Food (Taverna MEDITERRANEAN WHITE CHEESE)

(Kawża T-301/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nordex Holding A/S (Dronninglund, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Kleis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-1 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 2604/2011-1

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-21 ta’ Ottubru 2011 Nru 4892 C, li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fl-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : it-trade mark figurattiva li tinkludi l-kliem “Taverna MEDITERRANEAN WHITE CHEESE” - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 600 285

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: annullament parzjali tat-rade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.