Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2013 – Nordex Holding vs UASI – Fontana Food (Taverna)

(Kawża T-302/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nordex Holding A/S (Dronninglund, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Kleis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tal-21 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 2608/2011-1;

tannulla d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2011, Nru 4891 C, li ngħatat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Uffiċċju jbati l-ispejjeż, inklużi dsawk sostnuti fil-proċedimenti ta’ appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Taverna” – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 466 909

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata parzjalment invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.