Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 – Miettinen vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/13) 1

[“Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill – Rifjut ta’ aċċess – Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors – Tmiem tas-suġġett tar-rikors – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts, avukati, u A. Villette, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pellinghelli u É. Sitbon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-25 ta’ Marzu 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għall-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill bir-referenza 15309/12, fl-intier tagħha.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent mir-Renju tal-Isvezja u mir-Repubblika tal-Finlandja.

____________

1 ĠU C 215, 27.07.2013.