Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – LemonAid Beverages vs UASI – Pret a Manger (Europe) (Lemonaid)

(Kawża T-298/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ċessjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LemonAid Beverages GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Natzel, avukati, u P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pret a Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rapprezentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u S. Croxon, solicitor)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2013 (Każ R 276/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pret a Manger (Europe) Ltd u LemonAid Beverages GmbH.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati li jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda, in-nofs ta’ dawk sostnuti mill-konvenut.