Rikors ippreżentat fit-13 ta' Settembru 2010 - Bottega Veneta International vs UASI (Forma ta' basket tan-nisa)
(Kawża T-409/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Bottega Veneta International Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Roncaglia, avukat, G. Lazzeretti, avukat, M. Boletto, avukat, E. Gavuzzi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-16 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 1247/2009-1;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż ta' din il-kawża u tal-proċedimenti ta' appell quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark li għandha bħala suġġett sinjal distintiv tridemensjonali magħruf bħala basket "veneta" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6632608), għal prodotti fil-klassi 18 ("basktijiet u basktijiet tan-nisa")
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tar-Regola 9(3)(a) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________