Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Lulju 2011 - Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/11 R)

["Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2368 finali, tat-30 ta' Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________