Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Settembru 2012 - Duscholux Ibérica vs UASI - Duschprodukter i Skandinavien (duschy)

(Kawża T-295/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva duschy - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti DUSCHO Harmony - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' kunfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Duscholux Ibérica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Duschprodukter i Skandinavien AB (Hisings Backa, l-Isvezja) (rappresentanti: inizjalment M. Jonson, sussegwentement A. Kyhlhammar, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Marzu 2011 (Każ R 662/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Duscholux Ibérica, SA u Duschprodukter i Skandinavien AB.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Duscholux Ibérica, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Duschprodukter i Skandinavien AB matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.