Language of document : ECLI:EU:T:2013:261





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Mejju 2013 — Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑294/11)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Żejt taż-żebbuġa — Prodotti tar-raba’ li jinħarat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żieda fir-rata ta’ korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa minħabba fir-rikorrenza tan-nuqqas — Effett tar-riforma tal-PAK fuq il-korrezzjoni finanzjarja — Proporzjonalità — Natura tal-ispejjeż intiżi għall-istabbiliment tal-GIS għall-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 21, 22)

2.                     Agrikoltura — FAEGG — Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums — Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq diffikultajiet prattiċi — Inammissibbiltà (ara l-punti 27, 189)

3.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni finanzjarja — Evalwazzjoni tal-livell tan-nuqqas u tal-grad ta’ riskju għall-Fondi — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Gravità tal-ksur — Nuqqas rikorrenti — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 82, 84-89, 98-100)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Proċedura — Skop — Korrezzjoni finanzjarja li ma tikkostitwixxix sanzjoni (ara l-punt 83)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 94)

6.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Infiq irregolari li ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni suffiċjenti — Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 154, 155, 175, 179)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 193)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.