Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2017 – Montel vs Il-Parlament

(Kawża T-634/16) 1

(“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għal assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi – Drittijiet politiċi – Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tal-Membri – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie Montel (Saint-Vit, Franza) (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer A.  Jensen, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 77 276.42 imħallsa indebitament bħala assistenza paralmentari, tan-notifika u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni li jinsabu fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tal-5 u tas-6 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba, b’mod partikolari, l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand Sophie Montel ta’ somma ta’ EUR 77 246.42 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 huma annullati peress li huma jirrigwardaw somom imħallsa matul il-perijodu bejn Frar u April 2015.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

S. Montel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 383, 17.10.2016.