Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Is‑Sitt Awla) tad‑29 ta’ Novembru 2017 ‑ Montel vs Il-Parlament
(Kawża T‑634/16)
“Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali – Electa una via – Drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Drittijiet politiċi – Ugwaljanza fit-trattament – Użu ħażin ta’ poter – Indipendenza tal – Membri – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità”
1. Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Rikors ippreżentat kontra ittra tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru ta’ allowances imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Att ta’ natura purament informattiva – Esklużjoni
(Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punti 27, 29)
2. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni ċara u preċiża tal-aggravji mressqa – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni – Assenza ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u l-portata tad-dannu subit kif ukoll tar-rabta kawżali – Inammissibbiltà
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))
(ara l-punti 33, 34)
3. Il-Parlament Ewropew – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Ksur tal-prinċipju ta’ electa una via – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza
(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68)
(ara l-punti 80, 81, 83)
4. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Kompatibbilità mal-imsemmi prinċipju – Kundizzjonijiet
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1))
(ara l-punt 91)
5. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Portata – Obbligu li l-persuna kkonċernata titqiegħed f’pożizzjoni li tesprimi ruħha oralment – Assenza
(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(2))
(ara l-punti 104-106)
6. Il-Parlament Ewropew – Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Kontroll fuq l-użu ta’ spejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova
(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1))
(ara l-punti 119, 120)
7. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari
(Artikolu 296 TFUE)
(ara l-punt 130)
8. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Ċertezza legali – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tal-atti li jipproduċu effetti legali
(ara l-punti 140, 141, 143, 144)
9. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni – Kunċett
(ara l-punti 159, 166)
10. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata
(ara l-punt 160)
11. Rikors għal annullament – Aggravji – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett
(ara l-punt 161)
12. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata
(ara l-punt 233)
Suġġett
| Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 77 276.42 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari, tan-notifika u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni li jinsabu fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tal-5 u tas-6 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba, b’mod partikolari, l-imsemmija deċiżjoni. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand Sophie Montel ta’ somma ta’ EUR 77 246.42 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-4 ta’ Lulju 2016 huma annullati peress li huma jirrigwardaw somom imħallsa matul il-perijodu bejn Frar u April 2015. |
2) | | Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) | | S. Montel, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |