Language of document : ECLI:EU:T:2017:849





Sentenza talQorti Ġenerali (IsSitt Awla) tad29 ta’ Novembru 2017 – Bilde vs IlParlament

(Kawża T633/16)

“Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali – Electa una via – Drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Drittijiet politiċi – Ugwaljanza fit-trattament – Użu ħażin ta’ poter – Indipendenza tal-Membri – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Rikors ippreżentat kontra ittra tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru ta’ allowances imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Att ta’ natura purament informattiva – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 23, 25)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni ċara u preċiża tal-aggravji mressqa – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni – Assenza ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u l-portata tad-dannu subit kif ukoll tar-rabta kawżali – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punti 29, 30)

3.      Il-Parlament Ewropew – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Ksur tal-prinċipju ta’ electa una via – Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68)

(ara l-punti 76, 77, 79)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari – Kompatibbilità mal-imsemmi prinċipju – Kundizzjonijiet

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1))

(ara l-punt 87)

5.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Portata – Obbligu li l-persuna kkonċernata titqiegħed f’pożizzjoni li tesprimi ruħha oralment – Assenza

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 68(2))

(ara l-punti 100-102)

6.      Il-Parlament Ewropew – Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Kontroll fuq l-użu ta’ spejjeż ta’ assistenza parlamentari – Oneru tal-prova

(Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 33(1))

(ara l-punti 115, 116)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Parlament li tordna l-irkupru ta’ somma mħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 125)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni – Ċertezza legali – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tal-atti li jipproduċu effetti legali

(ara l-punti 135, 136, 138, 139)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni – Kunċett

(ara l-punti 156, 163)

10.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata

(ara l-punt 157)

11.    Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(ara l-punt 158)

12.    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata

(ara l-punt 205)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2016 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 40 320 imħallsa indebitament bħala assistenza paralmentari, tan-notifika u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni li jinsabu fl-ittri tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tat-30 ta’ Ġunju u tas-6 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tad-29 ta’ Ġunju 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba, b’mod partikolari, l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominique Bilde għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Parlament Ewropew.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.