Language of document : ECLI:EU:T:2023:564


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) tal-20 ta’ Settembru 2023 – ZF CV Systems Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T637/16) (1)

“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Belġju – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Deċiżjoni fiskali antiċipata (tax ruling) – Profitti taxxabbli – Eżenzjoni tal-profitti żejda – Vantaġġ – Natura selettiva – Irkupru”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri fiskali – Deċiżjoni fiskali antiċipata – Qafas ta’ riferiment sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ u ta’ selettività – Teħid inkunsiderazzjoni biss tad-dritt nazzjonali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-qafas ta’ riferiment ta’ prassi amministrattiva kuntrarja għal-leġiżlazzjoni applikabbli – Ammissibbiltà

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 24 sa 60)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Miżura li tagħti vantaġġ fiskali – Deċiżjoni fiskali antiċipata – Eżenzjoni fiskali li twassal għal tħaffif tal-oneru fiskali meta mqabbel ma’ dak li jirriżulta mir-regoli normali ta’ impożizzjoni – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 66 sa 69, 77 sa 89)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri fiskali – Eżami flimkien tal-kriterji ta’ selettività u ta’ vantaġġ ekonomiku – Ammissibbiltà

(Artikolu 107 TFUE)

(ara l-punti 71 sa 75)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Differenzjazzjoni bejn impriżi li jinsabu li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Paragun fir-rigward tal-għan intiż mis-sistema fiskali komuni fl-intier tagħha

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 94 sa 148)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Amplifikazzjoni ta’ motiv eżistenti – Assenza ta’ amplifikazzjoni – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 84(1))

(ara l-punti 151 sa 152)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli – Portata tal-obbligu – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ksur – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 161 sa 164)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZF CV Systems Europe għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


1ĠU C 419, 14.11.2016.