Language of document : ECLI:EU:T:2010:518





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Epcos vs UASI – Epco Sistemas (EPCOS)

(Kawża T-132/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EPCOS – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti epco SISTEMAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 88, 89)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1088/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Epco Sistemas SL u Epcos AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Epcos AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva EPCOS għal prodotti fil-klassijiet 6 u 9 – Applikazzjoni Nru 4133799

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Epco Sistemas, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva Spanjola E epco SISTEMAS għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Epcos AG hija kkundannata għall-ispejjeż.