Language of document : ECLI:EU:T:2012:327

Kawża T-133/09

I Marchi Italiani Srl u

Antonio Basile

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva B. Antonio Basile 1952 — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BASILE — Raġuni relattiva għal rifjut — Dekadenza minħabba tolleranza — Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Sommarju tas-sentenza

1.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt mhux ippreżentati qabel quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju — Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63)

2.      Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Dekadenza minħabba tolleranza — Terminu ta’ dekadenza — Bidu tad-dekorrenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 53(2))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva B. Antonio Basile 1952 u trade mark verbali BASILE (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 16, 19, 23)

2.      Għandhom jiġu sodisfatti erba’ kundizzjonijiet sabiex jibda jiddekorri t-terminu ta’ dekadenza minħabba tolleranza f’każ ta’ użu ta’ trade mark sussegwenti identika għat-trade mark preċedenti jew simili tant li toħloq konfużjoni. Fl-ewwel lok, it-trade mark sussegwenti għandha tkun irreġistrata, fit-tieni lok, jeħtieġ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha tkun saret in bona fide mill-proprjetarju tagħha, fit-tielet lok, hija għandha tintuża fl-Istat Membru fejn it-trade mark preċedenti hija protetta u, fl-aħħar, fir-raba’ lok, il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti għandu jkun jaf bl-użu ta’ din it-trade mark wara r-reġistrazzjoni tagħha.

L-iskop tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja huwa li jippenalizza lill-proprjetarji ta’ trade marks preċedenti li ttolleraw l-użu ta’ trade mark Komunitarja sussegwenti għal ħames snin konsekuttivi, meta kienu jafu b’dan l-użu, bit-telf tal-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-azzjoni ta’ oppożizzjoni għal din it-trade mark, li tkun tista’ għalhekk teżisti flimkien mat-trade mark preċedenti. Huwa minn meta l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jkun jaf bl-użu tat-trade mark Komunitarja sussegwenti li huwa jkollu l-possibbiltà li ma jittollerax dan u, għalhekk, li jopponi jew jitlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark sussegwenti. Ma jistax jitqies li l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti ttollera l-użu tat-trade mark Komunitarja sussegwenti ladarba kien jaf bl-użu tagħha, jekk huwa ma kienx f’pożizzjoni la li jopponi għall-użu tagħha u lanqas li jitlob dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Jirriżulta mill-interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 40/94 li d-data rilevanti għall-kalkolu tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ dekadenza hija dik tal-għarfien tal-użu ta’ din it-trade mark. Din id-data tista’ tkun biss wara dik tar-reġistrazzjoni tagħha, f’liema mument id-dritt tat-trade mark Komunitarja jinkiseb (ara l-premessa 7 tar-Regolament Nru 40/94) u din it-trade mark tintuża bħala trade mark irreġistrata fis-suq, biex b’hekk persuni oħra jkunu jistgħu jsiru jafu bl-użu tagħha. Għalhekk, huwa mill-mument meta l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti kien jaf bl-użu tat-trade mark Komunitarja sussegwenti, wara li tkun ġiet irreġistrata, u mhux fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, li t-terminu ta’ dekadenza minħabba tolleranza jibda jiddekorri.

(ara l-punti 31-33)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 38, 40, 62)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41, 42, 45, 46)

5.      Teżisti, għall-konsumatur Taljan, probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja bejn is-sinjal figurattiv B. Antonio Basile 1952, irreġistrat bħala trade mark Komunitarja għal “Qomos, maljerija, ħwejjeġ ta’ fuq għall-irġiel, nisa u tfal, ħlief ħwejjeġ tal-ġilda, ingravajjet, ħwejjeġ ta’ taħt, żraben, kpiepel, kalzetti, xalpi għall-irġiel, nisa u tfal” li jaqgħu taħt il-klassi 25 skont il-Ftehim ta’ Nice, u t-trade mark verbali BASILE, irreġistrata qabel fl-Italja bħala trade mark internazzjonali għal “Ħwejjeġ ta’ fuq għall-irġiel, fid-drapp, ġilda, knitting jew mod ieħor, bħal ġkieket, qliezet, inklużi jeans, qomos, blużi, T-shirts, flokkijiet, pullovers, ġkieket qosra, kapotti, inċirati, kowtijiet, ilbiesi, malji tal-għawm, dresingawns” li jaqgħu taħt l-istess klassi, sa fejn il-prodotti koperti mit-trade marks f’kunflitt huma identiċi jew analogi u fejn it-trade marks f’kunflitt jixxiebhu.

(ara l-punti 61, 63, 64, 69)