Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2009 - B Antonio Basile 1952 u I Marchi Italiani vs UASI - Osra (B Antonio Basile 1952)

(Kawża T-134/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: B Antonio Basile 1952 (Giugliano, l-Italja) u I Marchi Italiani (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: G. Militerni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osra SA (Rovereta, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-9 ta' Jannar 2009, innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta' Jannar 2009 fil-każ R 1436/2007-2, bejn Antonio Basile bħala kumpannija individwali "B Antonio Basile 1952" u Osra S.A., li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li tilqa' r-revoka u d-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark "B Antonio Basile 1952", wara r-rikors ippreżentat minn Osra S.A.

tiddikjara l-validità u l-effikaċja tat-trade mark "B Antonio Basile 1952" mid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni u/jew reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha skont il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva bil-kliem "B. Antonio Basile 1952" (applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1,462,555) għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18, u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Osra S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali "BASILE" (trade mark Taljana Nru 287,030, u trade mark internazzjonali Nru R 413,396 B), għall-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità parzjali tat-trade mark inkwistjoni rigward il-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħad l-appell.

Motivi invokati: Il-motivi invokati f'din il-kawża huma identiċi għal dawk tal-kawża T-133/09.

____________