Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Staelen vs L-Ombudsman

(Kawża T-217/11 REV) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba għal reviżjoni – Konsegwenzi ta’ sentenza ulterjuri tal-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ fatti ġodda – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Claire Staelen (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Olona, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn G. Grill, sussegwentement minn L. Papadias, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avocats)

Suġġett

Talba għal reviżjoni tas-sentenza tad-29 ta’ April 2015, Staelen vs L-Ombudsman (T-217/11, EU:T:2015:238).

Dispożittiv

It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

Claire Staelen hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 204, 9.7.2011.