Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Sevenier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/09 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riżenja - Rifjut tal-Kummissjoni li taċċetta l-irtirar tar-riżenja u li tirreferi lill-Kumitat tal-Invalidità - Terminu għall-preżentata ta' ilment - Dewmien - Nuqqas ta' żball skużabbli")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Roberto Sevenier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: É. Boigelot u L. Defalque, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Lulju 2009, Sevenier vs Il-Kummissjoni (F-62/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Roberto Sevenier għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.