Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Marzu 2009 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/08)1

("Rikors għal annullament - Irtirar tal-att ikkontestat - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez Cárcamo, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3247, tal-25 ta' Ġunju 2008 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija taħt il-Fondi ta' Koeżjoni favur il-grupp ta' proġetti 2001.ES.16.C.P.E.036 (tindif tal-baċir idrografiku tat-Tramuntana - Galizja - 2001), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2001) 4084, tal-20 ta' Diċembru 2001.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju ta' Spanja.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.