Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' April 2010 - Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI - Queen Sirikit Institute of Sericulture (Thai Silk)

(Kawża T-361/08)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Thai Silk - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrapreżenta għasfur - Ammissibbiltà tar-rikors - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja); u van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Queen Sirikit Institute of Sericulture, Office of the Permanent Secretary, Ministry of Agriculture and Cooperatives, Thailand (it-Tajlandja) (Bangkok, it-Tajlandja), ammessi jissostitwixxu l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister's Office, Thailand (it-Tajlandja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1677/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister's Office, Thailand.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Peek & Cloppenburg kif ukoll van Graaf GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008