Language of document : ECLI:EU:T:2016:682





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs IlKummissjoni

(Kawża T103/12)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikoltura – Zokkor – Miżuri eċċezzjonali – Provvista tas-suq tal-Unjoni – Sena tas-suq 2011/2012 – Regola tad-dritt li għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-individwi – Ksur suffiċjentement serju – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Argumenti differenti minn dawk tal-parti sostnuta – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u l-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 142(3))

(ara l-punt 36)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ atti li jaqgħu taħt il-politika Agrikola Komuni – Esklużjoni – Setgħa tal-Kummissjoni li tissospendi, bis-saħħa tar-Regolament Nru 1234/2007, l-applikazzjoni tad-drittijiet fuq l-importazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli – Esklużjoni

(Artikolu 37 KE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikoli 64(2) u 187)

(ara l-punti 40, 41, 44, 50, 51, 56, 57, 59, 60)

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u tal-aspettattivi leġittimi – Inklużjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 63, 65)

4.      Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri ta’ implementazzjoni – Miżuri meħudin minħabba disturbi pprovokati mill-kwotazzjonijiet jew mill-prezzijiet fuq is-suq mondjali – Sospensjoni tad-drittijiet fuq l-importazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti

(Artikoli 39 TFUE, 40 TFUE, u 43 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 187)

(ara l-punti 72-74, 76)

5.      Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Zokkor – Provvista tas-suq – Trattament differenti tal-produtturi taz-zokkor li ġej mill-pitravi taz-zokkor kultivati fit-territorju tal-Unjoni u tar-raffineriji taz-zokkor tal-kannamiela mhux rraffinat importat – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 (2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, premessi 65, 70 u 72 u Artikolu 187)

(ara l-punti 102, 103, 106, 108, 112-114)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Politika Agrikola Komuni – Miżuri ta’ implementazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur Komunitarju – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Natura manifestament mhux xieraq ta’ miżura meta mqabbla mal-għan li għandu jintlaħaq

(Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 187)

(ara l-punti 126-129)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Limiti – Emenda tal-leġiżlazzjoni dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Adattament tal-leġiżlazzjoni għall-varjazzjonijiet fis-sitwazzjoni ekonomika – Impossibbiltà li tiġi invokata l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

(Regolamenti tal-Kummissjoni Nri 1239/2011, 1281/2011, 1316/2011, 1384/2911 u 27/2012)

(ara l-punti 147, 150)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punti 156, 157)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 162, 163)

10.    Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 177)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża li tikseb l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU 2011, L 318, p. 4), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU 2011, L 318, p. 9), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2011, tat-8 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU 2011, L 327, p. 60), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU 2011, L 332, p. 8), Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2011, tal-15 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU 2011, L 334, p. 16), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1384/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU 2011, L 343, p. 33), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2012, tat-12 ta’ Jannar 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għar-raba’ stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU 2012, L 9, p. 12), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU 2012, L 19, p. 12) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament soffrew minħabba l-adozzjoni ta’ dawn l-atti u r-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji biex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvisti taż-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea, DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro Industrial, SA, RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA, Lemarco SA, Lemarco Cristal Srl, Zaharul Liesti SA, SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Kumitat Ewropew tal-fabbrikanti taz-zokkor (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.