Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta' April 2011 - Irmantas Šimonis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/07)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali - Ġurist lingwist - Sostituzzjoni ta' motivi - Rekwiżit ta' perijodu minimu ta' anzjanità)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Irmantas Šimonis (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Vilkas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u K. Herrmann, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha, matul il-proċedura ta' għażla sabiex timtela pożizzjoni li hija s-suġġett tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti Nru COM/2007/142, irrinunzjat li titlob it-trasferiment tar-rikorrent għall-Kummissjoni u neħħietu mill-proċedura ta' għażla.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni Ewropea warrbet lil I. Šimonis mill-proċedura ta' għażla prevista mill-avviż ta' pożizzjoni vakanti COM/2007/142 billi rrinunzjat li titlob it-trasferiment tiegħu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrent.
Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 79, 29.03.2008, p. 36.