Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 - Kipp vs Europol

(Kawża F-65/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Kipp (L-Aja, L-Olanda) (rappreżentant: P. De Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulzija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li permezz tagħha l-Europol informa lir-rikorrent li ma kien hemm l-ebda possibiltà li jkunlu offert impjieg permanenti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2007, li biha l-konvenut informa lir-rikorrent li ma kien hemm l-ebda possibbiltà li jkunlu offert impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' April 2008 li tiċħad l-ilment kontra l-ewwel deċiżjoni u d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tkompli minn dik tal-4 ta' Ottubru 2007;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________