Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 - Christoph et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-63/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eugen Christoph (Liggiano, l-Italja) et (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tar-rikorrenti sa fejn il-perijodu tal-kuntratt tagħhom jew tat-tiġdid tiegħu huwa limitat għal żmien determinat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal, skond il-Kundizzjonijiet ta' l-impieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, aktar speċifikament, sa fejn jillimitaw il-perijodu tal-kuntratt tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________