Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2023 – Amstel Brouwerij vs EUIPO - Anheuser-Busch (ULTRA)

(Kawża T-170/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amstel Brouwerij BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Cohen Jehoram, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anheuser-Busch LLC (St. Louis, Missouri, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ULTRA – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 895 258

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 2088/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________